Il-pjanijiet ta’ Juventus għal waqt li tkun għaddejja t-Tazza tad-Dinjaby Matthew Scerri
L-istaġun 2022/23 hu wieħed anomalu minħabba li għall-ewwel darba fl-istorja t-Tazza tad-Dinja se tintlagħab fix-xitwa. Il-kampjonat domestiċi se jkunu weqfin minn nofs Novembru sa ftit wara l-Milied. Qed jissemma li Juventus se jkunu qed jilagħbu xi partiti ta’ ħbiberija fil-ħamsin jum ta’ waqfa. Mhux eskluż lanqas li Juventus jorganizzaw jew jieħdu sehem f’xi tournament. L-għan wara dan kollu hu li t-tim ma jaqtax għal kollox mil-logħob bil-konsegwenza li jitlef il-match practice.
Mathew Scerri