Aġġornament dwar l-injury ta’ Pogba. S’issa kollox miexi sewby Matthew Scerri
Fl-aħħar ġimagħtejn ma kellna ebda stqarrija uffiċjali min-naħa ta’ Juventus dwar kif sejjer Pogba bit-terapija li qed jingħata. Nafu li qed isegwi programm ta’ fiżjoterpija f’pixxina. Sorsi qrib il-klabb Juventin, liema sorsi però mhumiex sostanzjati minn aħbarijiet realment uffiċjali, qed isostnu li t-trattament qed iħalli l-effett mixtieq. Pogba m’għadux iħoss uġigħ u daqt se jkun jista’ jgħaddi għall-fażi li jmiss fejn se jkun jista’ jerġa’ jibda jiġri bil-mod il-mod fil-grawnd. Il-pjan hu li jkun jista’ jilgħab kontra Salernitana fil-11 ta’ Settembru. Nerġgħu ngħidu li dawn mhumiex aħbarijiet uffiċjali 100%, għalkemm ġejjin minn persuni li huma xi ftit jew wisq infurmati u li għandhom rabtiet ma’ persuni li jaħdmu fi ħdan Juventus. Ta’ min jgħid ukoll li l-esperti kienu mil-ewwel sostnew li t-terapija se jkollha effett pożittiv fl-immedjat, għalkemm il-meniscus ta’ Pogba se jibqa’ maqsum u minkejja li jitlaq l-uġigħ, xorta hemm riskju kbir li f’xi ħin l-uġigħ jerġa’ jfeġġ bil-konsegwenza li Pogba jkollu jiġi operat. Nittamaw li dan ma jkunx il-każ ta’ Pogba.
Matthew Scerri