Juventus f’settlement agreement mal-Uefaby Matthew Scerri
Il-Club Financial Control Body (CFCB) tal-Uefa ffinalizza s-‘settlement agreement’ ma’ tmien klabbs li naqsu milli jonoraw il-prinċipju ta’ break-even kif stipulat mill-Fair Play Finanzjarju bejn l-2018 u l-2022. Il-klabbs huma: Juventus, Milan, Inter, Roma, Monaco, Besiktas, PSG u O. Marseilles. Kull klabb qabel li jirregolarizza s-sitwazzjoni tiegħu fit-tliet snin li ġejjin (Roma u Inter pero’ se jkunu qed jingħataw erba’ snin). Kull klabb se jħallas 15% tas-somma li qed tiġi kkuntestata lilhom, filwaqt li l-bqija tas-somma titħallas biss jekk fit-tliet snin (jew erba’ snin fil-każ ta’ Roma u Inter) jintlaħqu ċerta miri finanzjarji II jippermettu lill-klabbs li jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom. Juventus iridu jħallsu 3.5 miljun Ewro, filwaqt li hemm sanzjoni oħra ta’ 23 miljun Ewro li għalissa hi sospiża bit-tama li fit-tliet snin li ġejjin il-klabb Juventin jilħaq effittavament il-miri finanzjarji maqbula fis-settlement agreement mal-Uefa.
Matthew Scerri