Żvelat it-tielet flokk ta’ Juventusby Matthew Scerri
Illum ġie żvelat b’mod uffiċjali t-tielet flokk li Juventus se jkunu qed jużaw f’dan l-istaġun. Hu flokk b’disinn modern ħafna u magħmul kollu kemm hu minn materjali riċiklati. Il-kuluri tal-flokk huma l-blu u r-roża, żewġ kuluri assoċjati mal-istorja tal-klabb Juventin. Fuq l-ispalla hemm l-istrixxi tipiċi tal-flokkijiet tal-Adidas. Dawn l-istrixxi flimkien mal-logos ta’ Juventus u tal-Adidas huma ta’ kulur abjad. L-isponsor Jeep hu bil-kitba blu b’pattern ‘elettriku’ kif diġà rajna fuq l-ewwel żewġ flokkijiet ta’ Juventus għal dis-sena.
Matthew Scerri