Bidla fil-format tas-Super Cup Taljana tattira investiment qawwiby Matthew Scerri
Qed ikun irrapurtat li l-Lega Calcio se tirċievi offerta fenomenali mill-Arabja Sawdija sabiex jinkiseb id-dritt li jorganizzaw is-Super Cup tal-Italja. Skont MF – Milano Finanza, l-offerta hi ta’ 23 miljun fis-sena għal sitt snin (attwalment min jikseb dad-dritt qed iħallas 8 miljuni). L-offerta hi għolja peress li hemm pjanijiet li s-Super Cup ma tibqax tintlagħab biss fuq partita waħda, imma ssir fil-format ta’ tournament qasir bejn l-ewwel żewġ timijiet fil-klassifika finali tas-Serie A, kif ukoll iż-żewġ finalisti tal-Coppa Italia.
Matthew Scerri