Di Maria barra għal tliet ġimgħatby Matthew Scerri
Juventus ħabbru li wara li sarulu xi testijiet mediċi, ġie stabbilit li Angel Di Maria se jkollu jibqa’ wieqaf għal madwar 20 jum biex ifiq mill-injury muskolari li sofra. Hu kellu jabbanduna l-grawnd fil-partita kontra Maccabi minħabba uġigħ muskolari f’koxxtu. B’xorti tajba l-injury kien inqas gravi minn kemm kien maħsub għall-ewwel.
Matthew Scerri