Bdejna Nirragunawby Pierre Borg
Il-bierah fl-opinjoni tieghi assistejna ghall-ahjar loghba tal-Juventus s’issa f’dan l-istagun. Kienet loghba ta’ kwalita u kwantita fejn kulhadd ta’ sehemu b’determinazzjoni. Kwazi nista nghid li lghabna ahjar mil-loghba kontra Inter.
Naturalment ir-rebh igib aktar rebh, aktar konvinzjoni u determinazzjoni fit-tim u aktar qed nikkonvinci ruhi illi kieku certu decizjonijiet ittiehdu qabel ma’ konniex nghaddu milli ghaddejna ghalkemm kif dejjem nghid ma’ tistax tirbah dejjem u tkun dejjem l-aqwa.
Il-bierah il-partita regghet uriet illi mhux l-ismijiet kollox izda l-ghaqda li wiehed jahdem ghall-iehor u li kulhadd jinzel bil-ghatx ghal rebh. Kellna midfield dan l-ahhar loghbiet trasformat minn wiehed dizastruz, bla idejat u minghajr playmaker u issa dahal Nicolo Fagioli, zaghzugh verament tajjeb ta’ kwalita li minghajr hafna daqq ta’ trombi letteralment ha r-riedni ta’ nofs il-grawnd f’idu u bis-sahha tieghu nghid ukoll li gawdew players bhal Rabiot u Kostic li bhalu ghamlu progress kbir u illum saru l-qalb tat-tim.
Nistaqsi, ghaliex dam biex ha certu decizjonijiet Allegri? Ghaliex player bhal Fagioli inghata l-genb ghal kwazi 3 xhur shah? Il-biza? Ghax nharsu lejn l-ucuh? X’ghandhom Fagioli u Miretti inqas minn Mckennie? Ghaliex dam ma’ ha decizjoni li fid-difiza ghandna nilghabu bi 3 biex nsahhu l midfield b’5 peress li kellna problemi kbar u kulhadd beda jghaddi qisu ma’ hemm hadd?
Ma’ rridx nidher li irrid nikritika ghaliex dejjem ktibt li l-problema m’hiex Allegri biss u nibqa nghida u nibqa nsostni li s-socjeta trid tissahhah u jerga jkun hemm bniedem li jifhem sew fil-loghba li ilu f’dan l-ambjent.
Issa waslet il-waqfa, li tant tlabna ghalija meta l-affarijiet kienu hziena ghalina. Sfortunatament ha jkollna nieqfu fl-aqwa mument taghna filwaqt li certu timijiet li bdew tajjeb bdew imajnaw anka fizikament. Zgur li konna niksbu aktar punti u innaqsu d-distakk izda ma’ nistaw naghmlu xejn u nieqfu habba din l-assurdita tal world cup li ha ssir f’Dicembru minhabba flus u xejn aktar altru milli futbol is for fans!!
Minn naha taghna nisperaw li l-players li ha jibqaw ikollom preparazjoni atletika tajba li twassalna sa l-ahhar ta’ l-istagun kompetittivi u nippruvaw ngibu success ghaliex issa nidhru li bdejna nirragunaw u minn Jannar ser jibda kampjonat iehor u bil-hazin kollu taghna rnexxilna nibqaw mwahhlin ma’ ta’ fuq.
FORZA JUVE DEJJEM