Diriġenza magħmula minn esperti fil-qasam legali u finanzjarjuby Matthew Scerri
Minn dak li hu magħruf s’issa jidher li mexjin lejn grupp dirigenzjali magħmul minn esperti fil-qasam legali u finanzjarju. Kollha jew kważi ovvjament ġejjin mid-dinja tal-Fiat. Kważi kollha se jkunu persons of trust ta’ John Elkann. L-għan hu li l-klabb ikollu dirigenza b’sahhitha li tilqa’ l-attakki li qed isiru u fl-istess ħin iwettqu restructuring tal-klabb b’risposta għan-nuqqasijiet misjuba mill-awtoritajiet u li wasslu għal dil-kriżi. Ferrero u Scanavino huma biss l-ewwel żewġ pedini. Kollox jindika li din id-dirigenza esperta se tibqa’ tmexxi l-klabb sakemm tgħaddi l-burraxka. La qed nitkellmu fuq Qrati Taljani jfisser li jaf jgħaddu numru ta’ snin sakemm naslu għall-aħħar kelma min-naħa tal-Qrati. Interessanti naraw issa jekk l-istrateġija difensiva ta’ Juventus hix se tkun differenti minn dik tal-individwi: Agnelli, Nedved, Paratici, Arrivabene u l-oħrajn. Irridu naraw jekk Juventus humiex se jiddefendu ruħhom billi jitfgħu l-ħtija fuq l-eks dirigenti, jew inkella l-partijiet humiex se jsegwu strateġija komuni (niddibuta kemm jaqblilhom lil Juventus imma). Issa naraw kif se tevolvi dis-sitwazzjoni.
Matthew Scerri