L-Uefa tiftaħ inkjesta fil-konfront ta’ Juventusby Matthew Scerri
Il-Club Financial Control Body (CFCB) fi ħdan il-Uefa fetaħ inkjesta bil-għan li jistabilixxi jekk Juventus kisrux ir-regolamenti marbuta mal-għoti tal-liċenzji lill-klabbs, kif ukoll jekk kienx hemm ksur tal-Fair Play Finanzjarju. Fit-23 ta’ Awwissu li għadda Juventus kienu laħqu ftehim imsejjaħ settlement agreement maċ-CFCB minħabba li ma kinux onoraw il-prinċipju ta’ break-even bejn l-2018 u l-2022 kif stipulat mill-Fair Play Finanzjarju. Permezz ta’ dal-ftehim Juventus kellhom jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom fit-tliet snin li ġejjin. Fi stqarrija maħruġa llum mill-Uefa naqraw li s-settlement agreement kien ġie stabbilit fuq il-bażi tal-accounts uffiċjali ta’ Juventus għas-snin 2018-2022. Issa iċ-CFCB qed jirriserva d-dritt li jannulla l-ftehim milħuq ma’ Juventus f’Awwissu li għadda jekk mill-inkjesta jirriżulta li twettqu irregolaritajiet fil-kumpilazzjoni tal-accounts ta’ Juventus (kif qed isostnu l-CONSOB u l-Procura ta’ Turin).
Matthew Scerri