• Youtube
  • Facebook
  • Instagram
  • Soundcloud
  • WhatsApp
  • 0Shopping Cart
Juventus Club Vero Amore Malta
  • Merħba
  • Sħubija
    • Dettalji Dwar Sħubija
    • Issieħeb Online
    • Issieħeb Bil-Posta
  • Fan Club
  • Juventus Card
  • Klabb
    • Sponsors
    • Aħbarijiet
  • Ikkuntattjana
  • Turin
    • Lukanda
  • Search
  • Menu Menu

L-Imħallef jesprimi d-dubji tiegħu dwar dak li qed jiġu akkużati bih Juventusby Matthew Scerri

Tuttosport ippubblikat parti sostanzjali tad-dokument li permezz tiegħu l-Giudice d’istanza premilinare (GIP), Ludovico Morello ma kienx laqa’ t-talbiet tal-Prosekutur, li fost l-oħrajn kien qed jitlob li Andrea Agnelli jinżamm taħt house arrest.

Il-GIP, tajjeb ngħidu, hu l-imħallef li quddiemu jittieħu l-provi kollha miġbura fi tmiem l-inkjesta. Malli l-Procura ta’ Turin temmet l-investigazzjoni ‘Prisma’, il-provi kollha kellhom jittieħdu quddiem il-GIP sabiex jistabilixxi li kien hemm biżżejjed materjal sabiex jinbdew il-proċess li jwassal għall-ftuħ ta’ kawża fil-Qorti. Barra minn hekk il-GIP irrid jiddeċiedi jilqax it-talbiet imressqa mill-Prosekutur. Dan kollu seħħ lejn tmiem Ottubru li għadda u kif nafu, minkejja li l-proċess kompla, it-talbiet tal-Prosekutur ma ntlaqgħux kollha.

Fid-dokument naqraw li l-Imħallef Morello jesprimi dubji kbar dwar kemm il-plusvalenze huam fil-fatt reat ladarba hi sistema li titħaddem mill-klabbs kollha kemm fix-xena lokali kif ukoll f’dik internazzjonali. Barra minn hekk kien hemm sentenzi tal-Qorti Ċivili (li fl-2008 ma sabitx ħatja lil Inter u Milan) kif ukoll reċentement tal-Giustizia Sportiva li ma sabux bażijiet li l-plusvalenze jistgħu jitqiesu bħala prattika illegali.

Dwar il-famuża ‘manovra stipendi’, l-Imħallef jinnota li din saret biss waqt il-pandemija Covid meta kien hemm taqlib kbir fix-xena finanzjarja. L-Imħallef isostni wkoll li l-akkużati huma kollha persuni mdaħħla sew fl-industrija Taljan u l-klabb innifsu jaf sew id-dmirijiet u l-obbligi tiegħu peress li hu kkwotat fil-Borża. Il-klabb jidher li mexa dejjem sew u kull pass li ttieħed, jgħid l-Imħallef, juri li l-kien hemm kull intenzjoni li jħallas id-djun tiegħu. Tant hu hekk li fil-passat reċenti kien hemm żieda fil-kapital min-naħa tax-share-holders, kif ukoll jirriżulta li l-klabb m’għandux pendenzi tat-taxxa.

Fi ftit kliem, nistgħu ngħidu li l-Imħallef Morello kiteb li: (a) il-plusvalenze x’aktarx mhumiex reat u kull klabb jirrikorri għalihom; (b) il-manovra stipendi saret biss waqt il-pandemija minħabba ċ-ċirkostanzi li qalbu ta’ taħt fuq id-dinja tal-finanza; u (iii) Juventus kienu mmexxija minn persuni affidabbli li kienu qed jagħmlu minn kollox biex iħallsu dak li dovut minnhom.

Tajjeb ngħidu li din mhix assoluzzjoni għal Juventus jew għall-akkużati. Tant hu hekk li l-proċess tkompla u issa l-provi jinsabu quddiem imħallef ieħor (il-Giudice d’udienza preliminare) li xogħlu hu li jistabilixxi hemmx biżżejjed provi biex il-kawża tkompli. Li hu żgur hu li l-Imħallef Morello wera biċ-ċar kemm dan il-każ ġie mneffaħ għalxejn. Il-media ilha li qatgħet il-kundanna tagħha, imma għall-Qorti l-affarijiet jidhru li huma kompletament differenti. Juventus, Agnelli u n-nies l-oħra mixlija, għandhom ikollhom id-dritt li jiddefendu ruħhom minħabba dil-ħafna pressjoni medjatika li mhi ta’ ġid għal ħadd għajr għal dawk li għandhom kull interess li jħamġu isem il-Juventus.

Matthew Scerri

  • Share on Facebook
  • Share on Twitter
  • Share on WhatsApp
  • Share on LinkedIn

AĦBARIJIET OĦRAJN

AĦBARIJIET KOLLHA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (7 ta’ Lulju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (6 ta’ Lulju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (5 ta’ Lulju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (4 ta’ Lulju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (3 ta’ Lulju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (2 ta’ Lulju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (1 ta’ Lulju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (30 ta’ Gunju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (29 ta’ Gunju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (28 ta’ Gunju 2025) AQRA

IKKUNTATJANA

Triq Madre Maria Theresa Spinelli
Birkirkara BKR 4920
Malta

Email – [email protected]

Ghall-booking ta’ mejda waqt il-partiti cempel +356 77208585

Hinijiet tal-ftuh tal-ufficju:

Kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn is-6:30pm u 8:00pm kif ukoll minn siegħa qabel kull partita ta’ Juventus.

Waqt ħinijiet tal-ftuħ ċempel +356 21480851
Ħinijiet oħra ċempel jew SMS +356 79618994

Fejn ssibna

RATI SĦUBIJA MAL-CLUB

Adult – €25

Anzjan – €20

Żgħażagħ – €20

Tfal – €10

Baby – FREE

© Copyright - NLG
  • Youtube
  • Facebook
  • Instagram
  • Soundcloud
  • WhatsApp
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (12 ta’ Dicembru 2022) Arsenal-Juventus nhar is-Sibt
Scroll to top
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept All”, you consent to the use of ALL the cookies. However, you may visit "Cookie Settings" to provide a controlled consent.
Cookie SettingsAccept All
Manage consent

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
cookielawinfo-checkbox-analytics11 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checkbox-functional11 monthsThe cookie is set by GDPR cookie consent to record the user consent for the cookies in the category "Functional".
cookielawinfo-checkbox-necessary11 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies is used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
cookielawinfo-checkbox-others11 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Other.
cookielawinfo-checkbox-performance11 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Performance".
viewed_cookie_policy11 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether or not user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Functional
Functional cookies help to perform certain functionalities like sharing the content of the website on social media platforms, collect feedbacks, and other third-party features.
Performance
Performance cookies are used to understand and analyze the key performance indexes of the website which helps in delivering a better user experience for the visitors.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Advertisement
Advertisement cookies are used to provide visitors with relevant ads and marketing campaigns. These cookies track visitors across websites and collect information to provide customized ads.
Others
Other uncategorized cookies are those that are being analyzed and have not been classified into a category as yet.
SAVE & ACCEPT