Pass Wara Passby Darren Micallef
Bid-dgergir ta’ hafna minnha nkluz jien u l-kritika kollha lil Allegri, l-players ingenerali u s-sistema ta’ loghob ninsabu hemm mwahhlin ma’ ta’ quddiem s’issa erba punti biss il-boghod mil-leaders Napoli. Tqis iz-zewg punti misruqin kontra Salernitana u zewg punti misruqin kontra Roma u konna nsibu ruhna fuq nett minkejja l-injuries u l-problemi kollha li hemm.
Dan huwa s-sabih tal-futbol li kollox jista jinbidel f’hakka t’ghajn. Kontra Udinese ergajna assistejna ghal loghba ohra simili ta’ kontra Cremonese fejn fl-ewwel taqsima ftit kellna emozzjonijiet u azzjonijiet perikoluzi minn naha tat-tim taghna kontra tim ta’ Udinese b’sahhtu fizikament u kompatt li dejjem jintroduci talenti godda kull sena.
Fit-tieni taqsima konna hafna ahjar u din hija drawwa ta’ zmien twil specjalment taht Allegri li meta noqghod nahseb minn dejjem l-ewwel parti tal-partita tkun ta’ studju ta’ l-avversarju u nhallu lit-tim oppost jahli kemm jista jkun energija. Naturalment id-dhul ta’ Chiesa zied mhux ftit il-velocita u l-kwalita specjalment meta nqelbu l-linji fejn minn pass meraviljuz ta’ Paredes wasal il-gowl tar-rebha, kien pass tajjeb hafna fejn harget l-esperjenza li tant kellna bzonn minn players bhal Paredes.
Angel di Maria ghalkemm ma’ kienx ta’ livell daqs kemm kien ma’ l-Argentina xorta wera l-kwalita tieghu u l-finezza li ghandu f’saqajh meta l-Udinese battew hafna wera perikolizita fil-kontrattakki taghna. Naturalment ghad ma’ ghandux 90 minuta f’saqajh u ghalhekk kellu jinqala minhabba krampi u mhux injury kif hargu jghidu mal-ewwel certu gurnalisti biex naturalment joholqu paniku mal-ewwel.
Nistennew l-loghbiet ta’ Napoli u tal-Milan biex naraw nikkonfermawx it-tieni post fil-klassifika u nibqawx b’distakk minimu ma’ Napoli sakemm tasal il-partita tant mistennijja ta’ nhar il-gimgha propju kontra Napoli li tista taghti sinjal qawwi kif ha jizvolgi l-bqija tal -kampjonat.
FORZA JUVE DEJJEM