Tlett punti u l-bahhby Pierre Borg
Ghaddiet ohra! Hekk sirt nghid mieghi nnifsi, waslu tlett punti u dik hija l-unika konsolazzjoni li ghandna biex nibqghu telghin il-fuq fil-klassifika kemm jista jkun.
Nixtieq insib xi haga pozittiva mill-partita kontra Spezia izda personalment aktar inkwetatni milli ghamlitli kuragg ghal quddiem. Ir-ragunijiet u d-domandi li naghmel lili nnifsi nahseb li anka intom taghmluhom. Kif jista jkun it-tim taghna jinsab daqshekk hazin fizikament fejn il-players taghna jidhru fejn players ohra tqal u ma jifilhux loghba shiha? Forsi ghax laghbna l-Hamis?! Kif jista jkun li wara kwazi sentejn ghadna ma’ sibnix l-icken sistema ta’ loghob u m’ahniex kapaci nibnu azzjoni denja? Kif jista jkun b’dawk il-players m’ahniex kapaci nqassmu erba’ passes kontinwi tajbin? Kif jista jkun nibqghu nizbaljaw anka l-aktar pass semplici?
Il-bierah ghal miljun darba ergajt rajt traskuragni kbira fil-midfield fejn l-aktar li ma’ nistennihiex minn Locatelli li flimkien mal-bqija tal-midfield kien deludenti immens! Dan it-tim jidher bic-car li riesaq lejn revoluzzjoni kbira ta’ mill-anqas 6 jew 7 players li barra li huma maghsurin waslu fi tmiem tal-kuntratt ma’ Juventus u dik hija parti mil-problema. Izda kif ghidt qabel, l-akbar domanda hija fuq il-preparazzjoni atletika li ta’ kull sena fejn timijiet ohra tidher bic-car li mhix tiffunzjona.
Riesaq perjodu ta hafna loghob u issa aktar minn qatt qabel jehtieg li nsibu forma fizika tajba.
Nittamaw ghal wirja tajba kontra Nantes biex nersqu lejn partita ohra mportanti, dik tad-derby b’moral gholi u aktar konvinzjoni fil-players.
FORZA JUVE DEJJEM