Ritorn b’rebhaby Pierre Borg
Wara l-waqfa tal-kampjonat ergajna lura b’rebha pjuttost importanti ghaliex il-loghbiet ta’ wara waqfa huma dejjem perikoluzi minhabba xi nuqqas ta’ koncentrazzjoni u anka xi ritorn ta’ players b’xi injuries jew bzonn ta’ mistrieh.
Izda mhux biss kienet importanti rebha kontra verona biex gibna 3 punti ohra u bqajna telghin fil-klassifika izda forsi hafna minnha ma’ jinnotawx illi verona huma t-tielet tim mill-ahhar fil-klassifika u ghalhekk anqas ma’ jiksbu punti sa tmiem il-kampjonat aktar ahjar ghalina! Forsi qed tghidu u tistaqsu x’inhu jghid?Izda r-realta dik hi sfortunatament u qed taqraw u ssegwu bhali x’inhuma jiktbu u jghidu x’inhu gej ghalina fil-kwistjoni tal-kaz stipendji u diga alla jbierek bdew hergin titli tal-gazzetti x’ser tkun it-talba ta’ tnaqqis ta’ punti bhal ma’ gara fil-passat u hafna drabi kien kollu minnhu ghaliex hekk tahdem il-mafja li hemm iddur madwarna u gol-federazzjoni taljana li l-gazzetti u l-gurnalisti jkunu nformati x’ser jigri jekk mhux huma stess ikunu dawk li jimbuttaw x’ghandom ikunu l-kastigi.
Izda nigi ghall-partita tal-bierah ghaliex fuq is-sugett federazzjoni, gustizzja sportiva u qrati nilhqu nitkellmu. Kif kien mistenni ma’ kinitx xi loghba brillanti ghaliex dawn it-tip ta’ loghbiet ikunu difficli anka fin-normalita wisq aktar wara waqfa u aktar u aktar fis-sitwazzjoni li tefawna fiha bi pressjoni kbira li trid tirbah dejjem biex ittella punti kemm jista jkun. Verona bhal kull tim zghir ghalqu u laghbu loghba difensiva. Minn naha taghna kellna prattikament midfield b’hafna nuqqasijiet u l-assenza ta’ Rabiot inhasset mhux hazin ghalkemm mhux xi player li lili personalment qatt ma mpressjonani xorta huwa player ta’ esperjenza kbira u dan l-istagun qieghed ikun hafna aktar decisiv u mportanti ghalina fil-midfield.
Pass lura ghamel iz-zghazugh Barranachea li ghalkemm il-kwalitajiet fih jidhru li qeghdin hemm kien timidu wisq u anka nghid assenti waqt l-ewwel taqsima u filfatt inbidel ma’ Miretti li kellu taqsima pjuttost tajba u kien decisiv fl-azzjoni tal-gowl taghna. Naturalment fuq Fagioli issa drajna lil dan il-player li qed jitjieb kull loghba u nista nghid li huwa garanzija ghall-futur u karriera Juventina ghal snin twal. Nixtieq ukoll ma’ ninsiex lil Locatelli li kull partita qieghed jiehu t-tim f’idejh b’determinazzjoni u qalb; affarijiet li tant ghandna bzonn f’dan il-mument delikat.
Kellna r-ritorn ta’ Milik li naturalment ma’ nippretendux li wara nuqqas ta’ xahar u nofs ikun bhas-soltu izda xorta kien ta’ ghajnuna specjalment meta bl-esperjenza li ghandu beda jinzel jghin il-midfield ghaliex rah f’diffikulta.
Nigi ghal Moise Kean u nitbissem! Tghiduli ghaliex? Ghaliex klassiku player illi ma’ tkunx tista tifhem x’inhu jaghmel hemm jew kif wasal sa hemm imma ballun jigi ghandu u nista nghid li skorja gowls importanti dan l-istagun u l-fatti jtuh ragun bil-hazin kollu tieghu.
Nahseb huwa doveruz nghid ftit kliem fuq il-kowc taghna Massimiliano Allegri, tafu li jien wiehed minn dawk li ammirajtu fil-passat, li kritikajtu mhux ftit kemm ilu li irritorna u f’hafna mid-decizjonijiet ghadni ma’ naqbilx u ma’ nifimomx izda ta’ min jammira lil dan il-bniedem illi fuq vapur go maltemp enormi pratikament bdiet teghreq, wahdu prattikament minghajr socjeta baqa hemm, hareg wiccu ghal kulhadd, iddefenda u ghadu jiddefendi l-kuluri taghna.
Bl-injuries kollha fejn qatt ma’ kellna l-ewwel hdax titolari disponibli bi hmistax il-punt mnaqqsa waqt kampjonat qed jirnexxilu jzomm players maqghuda u disponibbli, qieghed hemm mwahhal ma’ ta’ fuq ftit passi boghod miz-zona ewropa u zamm l-iskwadra l-boghod minn dak li qed jigri madwara u fl-opinjoni tieghi dahlet fih Juventinita kbira u ta’ dan ghandna napprezzaw u ma’ hemmx grazzi bizzejed ghal dan il-bniedem meta niftakar li min suppost kellu l-Juventinita fih abbandunana ghax ried imur jiekol f’restaurants tal-mitt euro! Biex hadt ma’ jinsa!
FORZA JUVE DEJJEM