Pogba barra mill-azzjoni għall-kumplament tal-istaġunby Matthew Scerri
L-istaġun sfurtunat ta’ Paul Pogba wasal fi tmiemu hekk kif illum kien ikkonfermat li hu sofra injury muskolari f’koxxtu x-xellugija. L-entità tal-injury mhix gravi. Fl-istqarrija ta’ Juventus m’hemm ebda indikazzjoni dwar kemm se jibqa’ barra, biss diversi sorsi qed isostnu li hu se jdum wieqaf minn tal-inqas tliet ġimgħat. Kif kulħadd jaf l-injuries żammew lil Pogba ‘l barra mill-azzjoni prattikament is-sena kollha. Nawgurawlu fejqan ta’ malajr u li s-sena d-dieħla jkun jista’ jpaxxina mill-ġdid bit-talent infinit tiegħu.
Matthew Scerri