NIFS QABEL GUDIZZJU IEHORby Pierre Borg
Dik ta lbierah kienet rebha li tatna aktar nifs meta timijiet ohra bhal Milan u Roma tilfu aktar punti biex b’hekk ikkonsolidajna postna fost l-ewwel erbgha sakemm bhal llum gimgha nergaw naqaw taht gudizzju iehor fejn zgur ser ikun hemm tnaqqis ta’ punti biex tkompli l-karnivalata ta’ din is-sena.
Kienet partita fejn fl-ewwel taqsima ftit rajna okkazjonijiet u lanqas rajna xutt wiehed gol-lasta avversarja ghalkemm rajna certu progress u pusses tal-ballun aktar efficjenti. Sfortunatament ma’ l-ewwel ghoxrin minuta ergajna tlifna lil Pogba, stagun vera mishut ghalih ghalkemm wara nuqqas twil tistenna li player isofri aktar injuries sakemm jghaddi certa zmien u l-player isib stabilita fit training tieghu, xi haga li zgur Pogba ghadu ma’ sabx. Ilkoll mill-ftit li rajna lil Pogba kulhadd ra x’differenza jaghmel kemm fil-kwalita u kemm fizikament biex nzommu l-ballun fil-kaxxa avversarja u nzommu lid-difiza avversarja il-hin kollu tiddefendi ghaliex tkun intimidata mill-kwalita ta’ players bhal Pogba izda tlifnih kwazi mal-ewwel u fortunatament l-irkoppa ma’ ghanda x’taqsam xejn ma’ l-injury li kellu l-bierah u r-reazzjoni iddisprata li kellu kienet biss ghaliex bhalna jixtieq ipatti ghan nuqqas tieghu u jghin lil shabu daqskemm nixtiquh ahna.
Jiddispjacini nghid li rajt certu kummenti li lanqas nkun irrid nemmen li jkunu mahsuba u l -persuna bir-rispett kollu ma’ tkunx taf x’inhi tghid ghaliex hadd minnha mhuwa tabib jew kowc, rajt kummenti bhal dendel iz-zarbun u rtira, dan spiccut, tort tal-kowc ghax lghabu mill-bidu u hafna aktar kattiverja! Nistaqsi! Hadd minna fil-hajja personali qatt ma’ ghadda minn zmien difficli? Meta jkollna xi problemi personali fuq ix-xoghol nipperformjaw daqs meta nkunu f’mumenti sbieh? Qatt hadd minna ma’ gieli uza s-sentenza ma’ nistax niehu ruh?! Allura x’naghmlu meta nghaddu minn perjodu hazin? Nitilqu xogholna u nintefaw nibku f’rokna? Mela hafna minna qabel nitkellmu u nfajru nahsbuwa 3 darbiet!
Nerga nigi ghal partita u fit-tieni taqsima wasal l-ewwel xutt fil-partita li Carnesecchi salva b’diffikulta, t-tim deher aktar determinat u fl-ahhar rajna lil Paredes ta’ vera ghal-ewwel darba dan l-istagun, leader fil midfield, mexxa l-iskwadra b’ghaqal u b’esperjenza u kien ferm aktar protagonist tul il-partita kollha. Morna fil-vantagg minn xutt meraviljuz ta’ Fagioli li ghalkemm zbalja diversi drabi waqt il-partita dejjem qed jintegra aktar u jimmatura. Qabel wasal t-tieni gowl ta’ Bremer kellna gowl mhassar ta’ Milik ghaliex kellu subajh il-kbir offside skond il-var!! Kellna wkoll probabbli penalty fuq Iling Junior izda bhas-soltu lanqas biss gie iccekjat mil-var ghaliex fid-dubju dejjem kontra l-Juventus!
Illum bdiet gimgha ferm importanti ghalina bit-tieni round tas-semi finali kontra Sevilla go Spanja u bhal llum gimgha 2 partiti f’wahda. Fil-qorti federali tkompli l-paljaccata u dik fil-pitch kontra Empoli . Nisperaw li tkun gimgha pozittiva f’kull sens ghalkemm difficli!
KONTRA KOLLOX U KULHADD
FORZA JUVE DEJJEM.