Ħareġ il-verdett: 10 punti mnaqqsa lil Juventus!by Matthew Scerri
Il-Qorti tal-Appell għadha kemm ħarġet is-sentenza dwar il-plusvalenze hekk imsejħa fittizji. Juventus instabu ħatja u se jitnaqqsulhom 10 punti fil-klassifika ta’ dis-sena. Il-membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus tas-snin li għaddew – Pavel Nedved, Paolo Garimberti, Assia Grazioli Venier, Caitlin Mary Hughes, Daniela Marilungo, Francesco Roncaglio u Enrico Vellano – ġew meħlusa minn kull akkuża.
Minħabba dis-sentenza, Juventus jinżlu mit-tieni għat-tmien post, punt taħt Roma li għandhom però partita iktar.
Matthew Scerri