Bħal-lum fil-passat (22 ta’ Ġunju)by Matthew Scerri
Bħal-lum fl-1983 Juventus kienu rebħu l-Coppa Italia għas-seba’ darba fl-istorja tagħhom. Fil-Finali tat-22 ta’ Ġunju 1983, Juventus kienu għelbu lil Verona bl-iskor ta’ 3-0. Il-gowls waslu minn Rossi u Platini (2). Ta’ min ifakkar li dik il-ħabta l-Finali tal-Coppa Italia kienet tintlagħab fuq żewġ partiti. Juventus kienu tilfu l-ewwel partita bl-iskor ta’ 2-0, imma mbagħad f’darhom irnexxilhom jegħlbu lil Verona bl-iskor ta’ 3-0 fil-ħin supplementari.