Uffiċjali: Juventus maqlugħa ‘l barra mill-Conference Leagueby Matthew Scerri
L-Uefa ħabbret li Juventus ġew esklużi għal sena waħda mill-kompetizzjonijiet Ewropej u weħlu multa ta’ 20 miljun Ewro minħabba li kisru t-termini tas-settlement agreement iffirmat f’Awissu tal-2022. Juventus, għaldaqstant, mhux se jitħallew jikkompetu fil-Conference League dis-sena. 10 miljuni mill-multa mogħtija jkunu jridu jitħallsu biss jekk fit-tliet snin li ġejjin Juventus ma jkunux konformi mar-regolamenti tal-Uefa.
Matthew Scerri