KEDDA OHRA GEWWAby Pierre Borg
Ghaddiet ohra! Rebha ohra u l-hames wahda in fila. Batejna? Iva u kif bhal dejjem, imma l-importanti li waslu tlett punti ohra. F’dan il-mument ma’ nistghux nintilfu f’affarijiet tattici u kemm attakajna u wisq aktar iddefendejna anzi nghid jien bil-problemi kollha u bin-nuqqas ta’ kwalita li ghandna qeghdin naghmlu l-mirakli.
Il-bierah kellna bidu pozittiv izda bhal dejjem mal-hin bdejna nnaqsu mil-pressjoni fuq l-avversarju u bdejna naqaw ftit lura. Ta’ min wiehed josserva u jitkellem fuq players bhal Mckennie x’bidla u qabza teknika ghamel f’dawn l-ahhar partiti. Pozittiva ukoll kienet il-prestazjoni ta’ Cambiaso li ghalkemm mhux fil-pozizzjoni naturali tieghu xorta ta’ sehemu u wera certa personalita ta’ kwazi veteran.
Personalment stennejt aktar minn Chiesa u Kean li ghalkemm bdew tajjeb mal-hin ma’ rnexxilomx jzommu bosta blalen fil-midfield ta’ l-avversarji biex jaghtu nifs lit-tim taghna izda bhal ma’ dejjem nghid, li jista jkun li peress ghandna nuqqasijiet fil-midfield taghna, l-attakanti mhux qed ikollom dak l-appogg li jista jwassalom ghal gowl ghalkemm Chiesa kien u prova kemm il-darba u Kean ukoll kellu zewg opportunitajiet izda ikkontrolla l-ballun hazin u tilef l-opportunita li jiftah l-iskor.
Nota ohra pozittiva huwa Daniele Rugani li partita wara ohra qed ikun mostruz u perfett. Player li tant kien kritikat u kwazi minsi ghax dejjem bilqeghda izda kull meta nigu bzonnu issibu hemm lest u jkun protagonist bhal bierah fejn sab ix-xibka u wasal it-tieni gowl. Bhalu nista nghid ghal Federico Gatti ezatt bhal Rugani qed jikber kull partita qisu ilu ma’ jJuventus u fis serie A ghal snin twal.
Issa waslet waqfa ohra, ma nafx jekk nghidx ux tajjeb jew le meta konna sejrin hekk tajjeb fir-rizultati u gejja partita tahraq u mportanti li ser tghidilna hafna verita u hafna sinjali kif jista jkun l-andament tal-kumplament tal-kampjonat taghna.
Izda bhala Juventini ngawdu dawn ir-rizultati sbieh u ndahhlu f’mohhna li qeghdin naghmlu aktar minn dak previst ghaliex jidher li dahlet certu ghaqda fit-tim u konvinzjoni li nistaw naghmlu u nwettqu xi haga aktar milli hsibna u fejn ikun hemm l-ghaqda tista tasal kullimkien u ghal kollox.
FORZA JUVE DEJJEM