KIF XTAQNA U HLOMNAby Pierre Borg
Il-bierah kienet l-ahhar partita tas-sena u waslet rebha ohra tal-kolletiv, tal-ghaqda li dahlet f’din l-iskwadra, tal-konvinzjoni li sar ghandhom il-players taghna.
Kontra Roma dejjem tkun loghba partikolari li ghalkemm forsi naqset xi ftit mil-faxxinu tal-passat xorta fadal dik ic-certu pika ghaliex ahna kontrina kulhadd isib dik il-motivazzjoni specjali biex iwettaq rebha tal-istagun, izda dan fortunatament ma’ sehhx u waslet rebha ohra li regghet tefatna zewg punti taht l-Inter wara n-nofs zelqa li kellom kontra Genoa u jirringrazjaw lill-var ghal darbohra li helsitom minn telfa!
Bhal ma’ ghidt fit-titlu qeghdin f’sitwazzjoni li fil-bidu tal-istagun ftit konna nemmnu li ser inkunu fiha ghaliex in-nuqqas ta’ mercato li ma’ stajniex naghmlu prattikament bqajna l-istess skwadra tas-sena l-ohra. Izda fil-players tezisti certa umilta li ghalkemm nafu l-limiti taghna xorta qeghdin b’determinazzjoni ma’ ta’ fuq u protagonisti assoluti ta’ dan il-kampjonat.
Il-bierah kif kien mistenni ukoll kellna diffikultajiet specjalment fil-midfield ghaliex bhal ma’ nafu qeghdin ftit u kwalita ftit hemm izda xorta fl-ewwel taqsima wara bidu soffert kellna c-cansijiet taghna u sahansitra kellna ballun maqlugh minn fuq il-linja ezatt. Ta min ifahhar il-prestazzjoni ta’ Bremer li letteralment elimina lil Lukaku mil-partita u gabu fix xejn ghaliex bilkemm deher. Ergajna rajna liz-zaghzugh Yildiz ma’ l-ewwel hdax li ukoll ghamel il-parti tieghu tajjeb hafna u l-kwalitajiet tieghu dejjem qed jidhru aktar. Ma’ nistax nerga ma’ nsemmiex lil Rabiot u Mckennie li nista nsejjah il-prestazzjoni taghhom mostruza u generuza immens. Rajt ukoll certa progress fi Vlahovic li kien strumentali fil-gowl ta’ Rabiot bi tqassima stupenda li waslitna ghal vantagg u gowl decisiv .
Kif dejjem ktibt irnexxilna nibqghu mwahhlin ma’ ta’ fuq sakemm jumejn ohra jiftah il-mercato ta’ jannar. Kemm ser isir xi akkwist ma nafx izda konvint li jekk nzidu mqar player ta’ certa kwalita zgur li jkompli jtellana livell u nikkompetu aktar ghalkemm kwazi bl-istabilita li dahlet fit-tim trid toqghod attent li ma’ tkissirx l-ekwikilibru li ghandna.
Nahseb ikun xieraq nghid u nikteb ftit kliem fuq il-kowc Massimiliano Mllegri, tafu kemm ahna kritici inkliz jien personalment izda dan il-bniedem ghandu aktar minn meritu ghaliex bil-materjal li ghandu, bis-sitwazzjoni li ghaddejna minnha u kulhadd lest biex isallbu u jkeccih, baqa ghaddej triqtu b’konvinzjoni u nghid b’wicci minn quddiem illi ma’ setax kellna persuna aktar adatta f’din is-sitwazzjoni.
Nittamaw li nibqaw sejrin hekk ghaliex gej zmien impenjattiv ta’ loghob kontinwu u ser ikun zmien li min fizikament ikun l-ahjar jista jasal u jien konvint li nistghu naslu li ngibu xi success lura f’Torin. Qabel naghlaq dan l-artiklu nixtieq nawgura lilkom hbieb Juventini s-sena t-tajba lill-familji taghkom mimlija hena u rebh ghal Juventus!
FORZA JUVE DEJJEM