Rabta dejjem aktar sogħda má personalitajiet prominentiby Aleandro Bartolo
– Iswed u Abjad (is-sebá parti)
- ikompli mis-sitt parti
“Accendi una stella” u Juventus Soccer School Malta
Ir-rabtiet ma’ Turin mhux biss wasslu għaż-żjarat tal-plejers, imma fetħu wkoll it-triq għal kollaborazzjoni ta’ natura oħra. Eżempju tipiku ta’ dan hi s-serata tal-Ġimgħa 29 ta’ Ottubru 2010 meta tnieda f’Malta l-proġett “Accendi una stella” u I-ftuħ tal-Juventus Soccer School Malta.
Preżenti għal din l-okkażjoni kien fostna Gianni Filippini, rappreżentant ta’ “Accendi una stella” u s-Sur Charles Borg, head coach tal-Juventus Soccer School Malta. F’din is-serata ħadu sehem ukoll il-Kumitat Eżekuttiv u xi membri tal- Juventus Club DOC ‘Gianluca Pessotto’ ta’ Għawdex.
F’indirizz qasir, il-President Dr. Michael Sciriha qal li l-klabb kien iħossu onorat li qiegħed jagħti kontribut f’żewġ proġetti daqshekk ambizzjużi u aċċerta li kien se jsir impenn shih mill-klabb biex jippromwovi u jappoġġja dak kollu meħtieġ fl-amministrazzjoni lokali speċjalment tal-Juvenus Soccer School Malta.
Wara l-indirizz tal-President, tkellem is-Sur Gianni Filippini li spjega permezz ta’ filmati l-proġett “Accendi una stella”. Hu qal li din l-inizjattiva ta’ marketing kienet l-ewwel waħda fid- dinja ta’ dan it-tip u kienet marbuta mal-bini tal-istadju l-ġdid ta’ Juventus. Filippini spjega li kien se jkun hemm madwar 68,000 stilla tad-deheb u tal-platinum bl-ismijiet ta’ partitarji Juventini madwar stilel ferm akbar dedikati lil 50 plejer leġġendarju li onoraw l-istorja ta’ Juventus. Hu temm billi ħeġġeġ lill-Juventini Maltin u Għawdxin biex jieħdu sehem fl-inizjattiva billi jkollhom isimhom marbut mal-plejer favorit tagħhom għal għaxar snin.
Is-Sur Charles Borg, Head Coach tal-Juvenus Soccer School Malta, mbagħad ta tagħrif dettaljat dwar l-iskola tal-futbol għat-tfal Maltin. Hu qal li l-kowċis professjonali Maltin li kienu se jmexxu din ‘l-akkademja’ kienu mħarrġa direttament minn Juventus u l-aqwa elementi mit-tfal kienu se jinżammu taħt osservazzjoni minn osservaturi ta’ Juventus.
Id-diskors tas-Sur Borg ingħalaq billi dawk kollha preżenti ġew mgħarrfa li għall-ewwel attività tal-Juventus Soccer School Malta, grupp rappreżentattiv tal-iskola flimkien mal-Youth Nursery ta’ Ħamrun Spartans kienu se jmorru Turin bejn l-1 u 13 ta’ Novembru biex jitħarrġu fi Grugliasco, qrib Turin.
Is-serata ntemmet bil-preżentazzjoni ta’ football kits minn Gianni Filippini lil kull tifel miktub fl-akkademja filwaqt li l-President Dr. Sciriha ffirma kuntratt mas-Sur Filippini li permezz tiegħu l-klabb tagħna sar awtomatikament rappreżentant lokali tal-inizjattiva “Accendi una stella.”L-aqwa ħamsin fl-istorja Bianconera
Il-bini tal-Juventus Stadium ġab miegħu inizjattiva mill- isbaħ fejn il-partitarji Bianconeri ngħataw l-opportunità li jivvutaw għall-aqwa ħamsin plejer fl-istorja ta’ Juventus bl- għan li tinħoloq Hall of Fame Bianconera. Il-votazzjoni kienet riservata biss għall-partitarji reġistrati mal-klabbs DOC jew li kellhom il-Juventus Membership, skema ta’ tesserament direttament ma’ Juventus FC minflok ma’ xi klabb partikolari. Il-votazzjoni wasslet ukoll biex fil-Juventus Stadium jeżisti spazju li jġib l-isem ta’ Walk of Fame. Dan l-ispazju jinsab mad- dawra tal-istadium innifsu b’ħamsin stilla kbira tad-deheb bl- ismijiet tal-plejers magħżula mill-partitarji. Ħdejn l-istilla tad- deheb ta’ Scirea nsibu disgħa u tletin stilla tal-fidda li jfakkru I-vittmi tat-traġedja tal-Heysel. Dawn tpoġġew ħdejn Scirea peress li hu kien il-captain Juventin fl-1985 meta seħħet it- traġedja tal-Heysel.
Hall of Fame Bianconera
II-Hall of Fame Bianconera hi magħmula mill-plejers li ġejjin:
Pietro Anastasi,
Roberto Baggio,
Romeo Benetti,
Roberto Bettega,
Carlo Bigatto,
Giampiero Boniperti,
Felice Borel,
Sergio Brio,
Gianluigi Buffon,
Antonio Cabrini,
Umberto Caligaris,
Mauro Camoranesi,
Fabio Capello,
Franco Causio,
John Charles,
Giampiero Combi,
Antonio Conte,
Antonello Cuccureddu,
Edgar Davids,
Alessandro Del Piero,
Didier Deschamps,
Luis Del Sol,
Angelo Di Livio,
Ciro Ferrara,
Giuseppe Furino,
Claudio Gentile,
John Hansen,
Paolo Montero,
Pavel Nedved,
Raimundo Orsi,
Carlo Parola,
Angelo Peruzzi,
Gianluca Pessotto,
Michel Platini,
Pietro Rava,
Fabrizio Ravanelli,
Virginio Rosetta,
Paolo Rossi,
Sandro Salvadore,
Gaetano Scirea,
Lucidio Sentimenti,
Omar Sivori,
Stefano Tacconi,
Alessio Tacchinardi,
Marco Tardelli,
Moreno Torricelli,
David Trezeguet,
Gianluca Vialli,
Zinedine Zidane,
Dino Zoff.
Interessanti ngħidu li għall-ewwel f’din il-lista kien hemm I-isem ta’ Zbigniew Boniek. Madankollu qamu protesti kbar mill-partitarji billi dawn kienu jqisu lil Boniek bħala traditur u bniedem li dejjem tkellem fuq il-mezzi tax-xandir kontra Juventus. Il-pressjoni tal-partitarji wasslet biex Juventus reġgħu fetħu l-votazzjoni u din id-darba ntgħażel Edgar Davids minflok “Zibi” Boniek.
Kif ghidna Juventus FC ħolqu anki l-proġett ‘Accendi una stella’ li permezz tiegħu l-partitarji setgħu jixtru stilel żgħar madwar dawk tal-plejers. Il-proġett kien ippreżentat fil-klabb tagħna kif hu rappurtat aktar ‘il fuq. Barra minn hekk, il-klabb għen lill-Juventini Maltin li xtaqu jixtru l-istilla u serva bħala punt ta’ riferenza f’pajjiżna għal dan il-proġett.Kuntatt mal-membri: II-Juventin, newsletter elettronika, il- website u Facebook
Kemm-il darba tennejna li minn dejjem kienet inħasset il- ħtieġa li jinżamm kuntatt kontinwu u regolari mal-membri kemm biex dawn ikunu mgħarrfa b’dak kollu li jkun qed iseħħ fil-klabb, kif ukoll biex il-partitarji lokali jkunu jafu x’ikun qed jigri fid-dinja ta’ Juventus FC. Għal dan l-għan kien inħoloq Il-Juventin u aktar tard, fil-bidu tas-Seklu XXI, bdiet tiġi ippubblikata newsletter Bianconeri Olè li kienet tintbagħat b’mod elettroniku lill-membri kollha kważi darba fil-ġimgħa. In-newsletter elettronika ma ħaditx post II-Juventin peress li dan kompla jiġi ippubblikat ukoll, imma serviet biex twassal l-informazzjoni lill-membri bejn ħarġa u oħra ta’ II-Juventin. Kien hemm ukoll żminijiet ta’ diffikultà finanzjarja meta ma kienx possibbli li Il-Juventin jibqa’ jkun ippubblikat b’tant regolarità u allura n-newsletter elettronika kompliet taqdi din il-funzjoni ta’ mezz ta’ tagħrif u aħbarijiet lill-membri. Illum-il ġurnata anki din in-newsletter elettronika qed iġġib l-isem ta’ Il-Juventin.
Iż-żminijiet jinbidlu u qed ngħixu f’epoka meta l-informazzjoni trid tasal għand in-nies malajr kemm jista’ jkun. Fid-dawl ta’ dan il-kunċett, fil-bidu tas-Seklu XXI, il-klabb nieda għall- ewwel darba website uffiċjali li ġiet rinnovata l-ewwel darba fl-2008:www.juventusclubmalta.com
Kien proprju f’din is- sena li l-website ma baqgħetx biss vetrina ta’ informazzjoni dwar il-klabb, imma nbidlet fi blog li jkun aġġornat diversi drabi kuljum. Il-website għadha sa llum twassal minuta b’minuta l-aħbarijiet li jikkonċernaw lil Juventus kif ukoll tagħti aħbarijiet dwar l-attivitajiet tal-klabb. Fl-istess ħin toħloq komunità virtwali ta’ partitarji Bianconeri li biha kulħadd jista’ jaqsam l-ideat tiegħu dwar Juventus ma’ partitarji oħrajn. L-interess fil-website minn dejjem kien qawwi u fl-aħħar snin kien hemm mal-miljun pageview kull sena. Dan l-għadd tassew kbir wassal lill-Kumitat biex proprju f’Diċembru 2014, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-40 anniversarju mit- twaqqif tal-klabb, jagħti dehra grafika ġdida lill-website, biż- żieda ta’ kontenut viżiv ġdid u innovattiv. Ir-rinnovament laqat anki s-servizzi marbuta ma’ din il-website billi għall-ewwel darba sar possibbli li l-membri jħallsu s-sħubija fil-klabb mill- kumdità ta’ djarhom.
Flimkien mal-website, hemm anki l-grupp u l-paġna tal-klabb fuq Facebook li huma l-ħin kollu aġġornati b’aħbarijiet minn Malta u minn Turin. Il-website u l-facebook huma l-istrumenti ideali għaż-żminijiet ta’ llum biex il-membri jkunu l-ħin kollu aġġornati u infurmati b’dak kollu li jkun qed iseħħ fil-klabb Malti u fit-tim Juventin. Fl-2015 il-klabb fetaħ anki account fuq Twitter u l-pjan għas-snin li ġejjin hu li l-klabb jinfirex fuq social networks oħrajn li tant huma popolari u segwiti.Luciano Moggi jippreżenta l-ktieb tiegħu f’Malta
Flimkien mal-plejers, fl-aħħar sentejn il-klabb tagħna bena relazzjonijiet mill-aqwa ma’ Luciano Moggi, ex-dirigent ta’ Juventus u parti mit-“triade” li mexxiet lill-Bianconeri għar- rebħ ta’ ħafna unuri fis-snin 1994-2006. Kien proprju grazzi għal dawn ir-relazzjonijiet li f’Settembru 2013, Luciano Moggi ġie Malta bl-għan li jippreżenta l-ktieb tiegħu
“30 sul campo. Tutta l’altra verità su Calciopoli”
li fih hi rappurtata l-battalja legali tiegħu marbuta mal-każ ta’ Calciopoli. Flimkien ma’ Moggi ġie anki l-avukat Maurilio Prioreschi li segwih mil-lat legali f’din l-istorja. Il-preżentazzjoni tal-ktieb serviet biex il-Juventini Maltin ikunu mgħarrfa dwar il-fatti li nstabu marbutin mal-każ ta’ Calciopoli. Fl-istess ħin il-membri setgħu jistaqsu lil Moggi xi kurżitajiet li kellhom marbuta mat-tim Juventin fis-snin 1994-2006.
Hawnhekk irridu niftħu parentesi u nsemmu wkoll żewġ preżentazzjonijiet oħrajn ta’ kotba miktuba minn persuni Taljani:“Er go’ de Turone. Diari di uno juventino a Roma”
ta’ Massimo Zampini, u
“La grande storia dei derby. Torino- Juventus”
ta’ Romeo Agresti u Alessandro Salvatico. It-tnejn li huma kienu ippreżentati fil-klabb tagħna mill-awturi. Għall- preżentazzjoni tal-ktieb La grande storia dei derby. Torino- Juventus kien fostna anki I-kummentatur ta’ JTv, Enrico Zambruno.
Ma rridux ninsew lanqas li f’Novembru 2003 is-Segretarja tal-klabb tagħna, Caroline Attard, kitbet u ippubblikat ktieb li jġib l-isem ta’“Il-Juve.Nostalgija, Rebħ u Unuri tar-Reġina tal-Futbol Taljan”
Dan kien l-ewwel u s’issa l-uniku ktieb dwar I-istorja ta’ Juventus li qatt inkiteb bil-lingwa Maltija. L-awtriċi għandha passjoni qawwija għall-iskwadra Bianconera u serviet ukoll fil-kariga ta’ Segretarja tal-klabb tagħna. Dan il- ktieb ukoll, bħall-oħrajn li semmejna qabel, kien uffiċjalment ippreżentat f’pajjiżna permezz ta’ serata organizzata apposta fis-Sede tagħna.
Żjarat oħra minn ex-plejers: Bonini, Cabrini, Vignola, Schillaci u Tacconi
Fi snin aktar riċenti l-membri kellhom l-opportunità li jaraw mill-viċin, jitkellmu u jqattgħu ftit tal-ħin fis-sede flimkien ma’ ex-plejers famużi ta’ Juventus. Dawn il-plejers ma ġewx Malta fuq stedina tal-klabb, imma kienu jinsabu f’pajjiżna fuq stedina ta’ ħaddieħor. Massimo Bonini (2010), Antonio Cabrini (2012) u Salvatore Schillaci (2013) ġew Malta għax kienu I-mistiedna speċjali tas-serata ta’ premjazzjoni tal- “Għażliet Sportivi Nazzjonali KMS Sport Malta Awards”. Fl-2014, imbagħad, kien imiss lil Beniamino Vignola li jiġi Malta biex jieħu sehem fil-Konferenza Nazzjonali tal-Isports organizzata minn Tim Sports PN. L-erba’ plejers kellhom kollha l-opportunità li jiltaqgħu mal-membri tal-klabb f’laqgħat ferm kordjali u ħelwin li matulhom dejjem ħareġ is-sentiment speċjali ta’ mħabba li minn dejjem rabat lill-Maltin mat-tim Juventin.
F’Diċembru 2014, imbagħad, reġa’ kien fostna l-ex-goalkeeper ta’ Juventus, Stefano Tacconi. Hu ġie Malta diversi drabi tul l-aħħar erbgħin sena u kemm-il darba l-membri kellhom I-opportunità li jiltaqgħu miegħu. Iż-żjara tal-2014 kienet marbuta ma’ stedina tal-klabb li riedu fostna għall-attivitajiet tal-Milied organizzati għall-membri.L-akbar Juventus Club DOC barra l-Italja
Is-sena 2014 ġabet fit-tmiemha l-Presidenza ta’ Dr. Michael Sciriha li, minħabba l-impenji professjonali, ma ressaqx mill- ġdid il-kandidatura tiegħu għall-kariga ta’ President. Għal deċennju sħiħ, mill-2004 sal-2014, Dr. Sciriha mexxa lill-klabb fuq livelli eċċellenti, daħħal valuri umani u serjetà kbira kemm fl-imġieba tal-Kumitat kif ukoll f’dik tal-membri u poġġa lill- klabb f’dimensjoni ndaqs ma’ klabbs Juventini oħrajn fid- dinja. Għal din il-ħidma dejjiema jmur ir-ringrazzjament tagħna Ikoll lejn Dr. Sciriha.
Is-suċċessur ta’ Dr. Sciriha fil-Laqgħa Ġenerali Annwali 2013/14 kien Joseph Fenech, elett mingħajr kontestazzjoni u b’akklamazzjoni ġenerali. Għal snin twal hu ħadem spalla ma’ spalla mal-ex-President. Sa mill-bidu tal-presidenza tiegħu, Joseph Fenech ukoll ta stimolu ġdid lill-klabb b’ħidma kontinwa b’mod partikolari fejn jidħlu rabtiet aktar sodi mad-dirigenza f’Turin. Ix-xogħol li beda bħala Viċi-President qed ikomplih u jżidu fil-kariga li issa għandu. Nawguraw kull suċċess u ħafna snin ta’ tmexxija lill-President Fenech fil- kariga l-ġdida tiegħu.L-istorja tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) tingħalaq b’kisba importanti ferm li turi l-kobor tal-klabb minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna. Kmieni fl-2015 iċ-Centro Coordinamento ippubblika l-lista tal-Clubs DOC kollha tad- dinja bl-għadd ta’ membri li għandhom registrati magħhom. F’din il-lista l-klabb tagħna kien fl-erbatax-il post tal-klassifika u fl-ewwel post fejn jidħlu l-Juventus Clubs barra mill-Italja. Kien ta’ sodisfazzjon kbir għall-Kumitat li jkollu rikonoxximent ta’ dan it-tip proprju fil-mument li l-klabb kien qed jiċċelebra 1-40 anniversarju tiegħu. Hu rikonoxximent mhux biss għall- preżent tal-klabb immexxi minn Kumitat ġdid b’Joseph Fenech bħala President, imma fuq kollox għall-ħidma bla waqfien li saret mill-1975 ‘il quddiem.
Żjarat marbuta mal-40 anniversarju tal-klabb – Birindelli, Davids u Ferrara
L-istorja tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) tingħalaq billi nagħtu titwila lejn iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-40 anniversarju mit-twaqqif tal-klabb. II-Kumitat ħaseb li jiċċelebra din ir-rikorrenza bl-iktar mod xieraq b’numri ta’ attivitajiet li fosthom hemm anki dan il-ktieb li jinsab f’idejkom.
F’Mejju 2015 saru żjarat lil tlieta mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż: l-E.T. il-President ta’ Malta, Dr. Marie Louise Coleiro Preca; il-Prim Ministru, Dr. Joseph Muscat; u l-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr. Simon Busuttil. Fit-tliet okkażjonijiet id-delegazzjoni tal-Kumitat kienet milqugħa bl-aktar mod ġentili u kordjali. Il-President tal-klabb, Joseph Fenech, f’isem il-Kumitat u l-membri ppreżentalhom ktieb jismu“Orgoglio Bianconero”
li jittratta s-snin 2011-2014 b’ritratti tal- fotografu Salvatore Giglio. Fiż-żjara lill-President ta’ Malta, il- Kumitat ippreżenta wkoll donazzjoni ta’ wheelchair lill-Malta Community Chest Fund u b’dan il-mod ħarġet mill-ġdid ir-ruħ soċjali tal-klabb.
Flimkien ma’ dawn it-tliet żjarat, f’Ġunju 2015 il-premises tal- klabb reġgħu fetħu l-bibien tagħhom għal tliet ex-plejers ta’ Juventus: Alessandro Birindelli, Edgar Davids u Ciro Ferrara. It-tlieta li huma kienu protagonisti tas-suċċessi miksuba minn Juventus u s-sapporters lokali kien għadhom jgħożżu rikordju sabih ħafna tagħhom. Bħal dejjem kienu organizzati attivitajiet ġewwa u barra l-premises tal-klabb fil-jiem bejn it-12 u l-14 ta’ Ġunju 2015, sabiex il-membri jkunu jistgħu jgawdu bl-aqwa mod possibbli dawn iż-żjarat. Fl-istess ħin it-tliet ex-plejers ta’ Juventus għamlu iktar rikki ċ-ċelebrazzjonijiet tal-40 sena mit-twaqqif tal-Club.
Fid-diskorsi tal-okkażjoni waqt iż-żjara ta’ Birindelli, Davids u Ferrara, il-President tal-klabb qatt ma naqas milli jfakkar l-istorja tal-klabb u jfaħħar il-ħidma li twettqet mill-1975 ‘il quddiem. Il-President dejjem sostna li minn dan l-anniversarju, il-Kumitat attwali jrid jieħu l-ispunti għall-ħidma tas-snin li ġejjin bil-għan li l-klabb ikompli jikber u jissaħħaћ.
L-erbgħin sena ta’ storja li għaddew fuq il-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) kienu snin ta’ ħidma, sagrifiċċji u dedikazzjoni assoluta lejn dak kollu li jagħmilna Juventini. Erbgħin sena ta’ storja, erbgħin sena rikki u mimlija avvenimenti speċjali, erbgħin sena li juru l-kobor tal-klabb tagħna u jħalluna ottimisti għas-snin li ġejjin. Aħna konvinti li l-istorja tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) għad fadlilha ħafna paġni sbieħ x’jinkitbu fis-snin li ġejjin.
… ikompli
- partijiet preċedenti
- Iswed u Abjad (l-ewwel parti)
- L-Ewwel Snin – Iswed u Abjad (t-tieni parti)
- Mil bidu sa nofs is-snin tmenin – Iswed u Abjad (it-tielet parti)
- Żewġ klabbs jingħaqdu f’familja waħda – Iswed u Abjad (ir-raba’ parti)
- Ilkoll kburin li aħna Juventini – Iswed u Abjad (il-ħames parti)
- L-iskwadra Juventina kollha fil-klabb tagħna – Iswed u Abjad (is-sitt parti)