IT-TIENI REBHAby Pierre Borg
Waslet it-tieni partita u waslet it-tieni rebha ghalina l-Juventini. Zgur li l-loghbiet kontra Verona gewwa l-bentegodi qatt ma’ jkunu facli u wisq aktar din, ghalkemm ir-rizultat jista jqarraq bik u jtik impressjoni ta’ partita facli.
Kif kien mistenni Verona kienu aggressivi mil-bidu tal-partita izda nistghu nghidu li qatt ma’ kienu ta’ xi periklu ghad difiza Juventina u filfatt l-ewwel azzjoni li kellom ta’ periklu waslet wara 82 minuta b’save tajjeb ta Di Gregorio li bhal kontra Como ftit kellu x’jaghmel.
Izda nigi ghat-tim taghna u ghal konferma li rega kellna kif ktibt il-gimgha l-ohra ta’ arja u mentalita gdida ghalkemm jekk qed tinnotaw hafna players mill-ewwel hdax huma prattikament players tas-sena l-ohra specjalment fil-midfield fejn kellna neqsin lil Thuram u Timothy Weah. Izda l-kuragg u l-personalita li qed juri Thiago Motta f’bosta zaghzagh fosthom Savona li anka skurja t-tieni gowl u kellu iehor mhassar hija xi haga li ftit rajniha dawn l-ahhar snin. Ma’ nistax ma’ nsemmix lil Mbangula li rega kellu partita ohra tajba u sar il-penalty fuqu li bih serrahna rasna minn rebha, u xi nghidu ghal Yildiz li ghalkemm immarkat strett tul il-partita kollha, laghab ghat-team u ghin hafna lil midfield. Innotajt il-mentalita soda li dahlet fid-difensuri u l-mod li nilghabu fast meta jkun hemm bzonn u nikkalmaw il-loghob meta jkollna bzonn nibzghu ghan-nifs u din turi kemm diga sar xoghol siewi ma’ dawn il-players.
Kif dejjem nghid saqajna mal-art ghax it-triq twila u zgur li ser ikollna loghbiet aktar impenjattivi izda nerga ntenni li kellna konfermi wara l-ewwel loghba li hafna sapporters ta’ timijiet ohra qalulna u iva mal-Como laghbtu ta! Issa laghbna mal-Verona li gimgha ilu taw 3 lil Napoli u tidwira kbira. Ninnota wkoll dak li qed naraw minn timijiet ohra li suppost kellhom ikunu l-anti Inter bhal Milan ezempju li minn zewg loghbiet serqu dro kontra Torino u qalaw tidwira minghand il-Parma, voldiri ahna wara dak it-tibdil kollu u bl-akkwisti l-godda li prattikament ghadhom ma’ ddebutawx diga ghamilna progress kbir.
Issa ghandna gimgha cans fejn nistghu nintegraw l-akkwisti l-godda bhal Nico Gonzales u Conceicao u nistennew li tintemm it-telenovela Koopmeiners u la gejt ghalija nahseb bhali innotajtu li fl-Italja mhux fil-federazzjoni biss ghandna hsara u ghodju kbir lejna, izda anka minn certu klabbs bhal Atalanta, Bologna u Fiorentina li jaghmlu minn kollox biex players ma’ jbijawhomx lil Juventus u dik turi kemm hu profond l-ghodju u l-hdura lejna.
Izda ahna ma’ mmutu qatt u b’sahhitna aktar minn dan kollu, nistennew it-tielet partita kontra Roma ghal aktar konfermi.
Sadanittant FORZA JUVE DEJJEM