RITORN GHAL REBHAby Pierre Borg
Fl-ahhar waslu t-tlett punti kontra Genoa li tant konna ilna nistennew u li tant kellna bzonn.
Biex nkun onest l-ewwel taqsima ta’ din il-partita nkwetatni mhux ftit ghaliex ma’ konna xejn tajjeb fejn prattikament ma’ tajniex xutt gol-lasta u rajna tim bla ideat u sistema, flimkien ma’ certu ghazliet ta’ Thiago Motta diskutibbli. Kellna debut ta’ zaghazugh Rouhi li deher pjuttost timidu u barra mil-loghba xi haga forsi naturali f’debutt fis-Serie A. Fl-opinjoni tieghi morna minn estrem ghal iehor fejn fil-passat biex jiddebutta zaghzugh kienet hafna difficli, bil-kontra Motta li ma’ jahsibiex darbtejn .
Il-formazzjoni li beda biha tqajjem hafna domandi, ghaliex f’daqqa strahu Locatelli, Cambiaso u ghaliex Cabal mhux mal-ewwel hdax? Ghazliet li kienu riskjuzi hafna, izda illum xtaqt nitkellem ukoll fuq ir-referee tal-partita xi haga li ftit naghmel fl-artikli tieghi. Inkredibbli l-gudizzju kif jinbidel dejjem kontra taghna fejn daqqiet gol-qazba tas-sieq ma’ jigri xejn u penalty favurina fuq Mckennie sahansitra sar fawl bil-kontra!
Izda nigi ghat-tieni parti tal-loghba fejn wasal il-penalty kmieni u fortunatament Vlahovic skurjah biex minn hemm Genova ma’ baqawx maghluqin u wasal it-tieni gowl u doppietta ghal Dusan minn passagg meraviljuz ta’ Koopmeiners. Naturalment Douglas Luiz u Conceicao u Thuram gabu aktar freskezza u kwalita fil-loghob u ghamlet differenza bil-portugiz li skorja l-ewwel gowl tieghu ghal Juventus; player li tant ifakkarni fi player iehor portugiz li kellna fil passat Rui Barros, qasir u hafif immens, dawk ta’ l-eta tieghi zgur jiftakruh.
Gejja partita ewropeja ohra kontra Leipzig partita mhux facli izda minn hawn nistghu nergaw nibdew serje pozittiva u nsibu aktar konvinzjoni u stabilita fil-loghob taghna. Sadanittant
FORZA JUVE DEJJEM