AKTAR PUNTI MORMIJINby Pierre Borg
Punti fuq punti mormijin letteralment. Kienet partita ohra li bilkemm kellna players biex nilghabu u rnexxilna b’xi mod jew iehor niskurjaw izda ma’ konniex kapaci fl-ahhar mumenti tal-partita nzommu gowl prezzjuz li kien itina 3 punti mportantissimi.
Kellna bidu tajjeb hafna u kellna opportunita tad-deheb mal-ewwel fejn ghadni ma’ nistax nifhem kif Thuram minn fuq il-linja rnexxilu jitfa l-ballun barra. Minn hemm prattikament kellna l-ewwel taqsima f’idejna fejn anka konna sfortunati meta lqatna l-lasta permezz ta’ Conceicao .
Fit-tieni taqsima Lecce kienu aktar agressivi mil-bidu u kellom bosta xuttijiet li sabu lil Perin lest u preparat jilqa. Sakemm wasal il-gowl tal-vantagg b’devjazzjoni minn xutt ta’ Cambiaso li tefghana fil-vantagg u taghna nifs kbir. Minn hemm Lecce ghafsu hafna anka ghaliex ahna ma’ ghandniex ghazla bhalissa fil-pankina li stajna tajna nifs lil players taghna u filfatt ma’ konniex kapaci inzommu l-vantagg fejn fl-ahhar minuta Cambiaso ghogbu johrog bil-ballun u baqa sakemm tilfu biex qallana kontrattakk u qlajna l-gowl prattikament b’kulhadd iccassat fil-kaxxa b’Rebic jitfa fix-xibka.
Irridu nammettu li din hija telfa ghalina li se taqtana lura mil-quccata tal-klassifika u probabilment mentalment ser taffetwana ukoll bhal ma’ gara sena ilu wara dro ta’ Empoli, nispera li mhux kif qed nahseb jien.
Ma’ jistax ikun nibqaw sejrin b’dawn l-injuries kollha u ma’ jistax ikun il-J medical jibqaw jghadduna biz-zmien fejn ufficjalment jikkomunikaw li ma’ hemm xejn gravi mbaghad player jdum gimghat twal biex jidhol. Kurzita ghal kliem li qal Motta li dawn l-injuries mhux kumbinazzjoni, x’ried jghid bija!
Nixtieq nghid ukoll li bhas-soltu l-ligijiet tal-futbol ghalina huma differenti! Nixtieq nkun naf hands ball car fil-kaxxa ta’ Lecce u qisu ma’ gara xejn u l-VAR bhas soltu inezistenti maghna.
Aktar punti mormijja, aktar incertezzi, t-triq twila mmens u ghal telgha wieqfa, nisperaw li dan id-dlam jghaddi malajr u nispera li ghandna nies kapaci li johorguna minnu ghaliex id-dubji tieghi zdiedu mhux ftit.
Sadanittant bhal dejjem
FORZA JUVE.