Allegri jiċħad kull tip ta’ involviment f’attivitajiet illegaliby Aleandro Bartolo
Massimiliano Allegri ċaħad b’mod sħiħ l-aħbar li ħarġet illum li hu jista’ jkun involut f’attivitajiet illegali u f’ħasil ta’ flus. Skont din l-aħbar, Allegri lagħab iktar minn 350,000 Ewro f’żewġ casinos barranin. Barra minn hekk Allegri għamel pagamenti lil kumpaniji barra l-Italja, fosthom kumpanija Maltija li tinsab taħt investigazzjoni għal imħatri illegali u frodi. Jirriżulta li bejn Lulju 2018 u Awwissu tal-2019, Allegri kien nefaq iktar minn nofs miljun f’pagamenti li saru bil-credit card tiegħu, liema somma jaf kienet ġejja mir-rebħiet tiegħu minn imħatri klandestini. Allegri, kif għidna, ċaħad b’mod sħiħ din l-aħbar u sostna li hu m’għandux x’jaqsam ma’ ebda attività illegali.
Matthew Scerri