AMMINISTRAZJONIby Pierre Borg
Kontra Monza kienu tlett punti li kulhadd stennijom u pretedejnijom u xorta sa certu punt soffrejna u personalment rajt l-istess problemi li ilna ngorru tul dan l-istagun kollu.
Xorta ma’ pretendejtx li ghaliex konna b’ghaxra fit-tieni taqsima konna ser naqaw daqshekk lura u tlifna totalment il-pusess tal-ballun fejn fl-ewwel kwarta tat-tieni taqsima Monza kellhom xejn anqas minn 90% tal-pusess tal-ballun. Fl-opinjoni tieghi din tixhed in-nuqqas mhux biss ta’personalita fit-tim taghna izda aktar u aktar ma’ hemm l-ebda player ta’ kwalita li kapaci jaghmel differenza bi dribbling, jtella l -ballun jew igib fawls li jtuk in-nifs u jghaddi l-hin. Il-bambin ried li Monza apparti li kellhom 7 players neqsin ma’ kellom l-ebda attakant ta’ stoffa li jaghtina fastidju fil-kaxxa.
Fl-ahhar rajt dak li kont nistenna minn certu players mil-bidu ta’ l-istagun bhal ezempju Nico Gonzalez li ghamel gmiel ta’ gowl b’xutt minn barra l-kaxxa u kellna bosta xuttijiet minn barra l-kaxxa wara li ghamilna stagun naraw ballun idur l-hin kollu minn naha ghal ohra u ma’ nidhlu fil-kaxxa qatt.
Kif tafu spiccajna b’ghaxra ghaliex fi tmiem l-ewwel taqsima tkecca Yildiz li b’gest immatur b’daqqa ta’ minkeb lill-avversarju spicca mkecci u probabli li jitlef iz-zewg partiti tant importanti li gejjin kontra Bologna u Lazio. Sfortunatament Yildiz huwa l-klassiku player zaghzugh li malajr tikbrilom rasom u jahsbu li diga saru stilel, xi haga li Yildiz ghalija personali mhux talli ghadu mhuwiex stilla izda ghad fadallu x’jaqdef biex ta’ l-anqas jaghmel ftit mil-istorja li ghamel Del Piero ma’ Juventus. Fl-opinjoni tieghi l-hafna xebh ma’ Del Piero minn hafna mhux gid ghamillu izda hsara u dan minn dejjem esprimejtu. Yildiz bhal hafna players taghna dan l-istagun qatt ma’ kellu kontinwita u ghalhekk jaqbillu jibda jerfa responsabilta u jgorr fuq daru n-numru 10 bis-serjeta!
Kif ghidt gejjin 2 partiti mportanti, onestament nistqarr maghkom li fiducja li nispiccaw ir-raba ftit jekk mhux xejn ghandi! U l-partita kontra Monza aktar dahlitli dubji milli fiducja minn kif rajt it-tim. Onestament nahseb Bologna mhux biss ahjar minnha izda tim kontinwu ukoll u ma’ ninsewx li issa regaw dahlu Lazio u Roma fit-taqtija u ghalhekk ser ikun aktar difficli ghalina.
Nistennew u naraw u bhal dejjem
FORZA JUVE