Andrea Agnelli sospiż għal sittax-il xahar u mmultat 60,000 Ewroby Matthew Scerri
Andrea Agnelli ġie sospiż għal sittax-il xahar oħra u se jkollu jħallas multa ta’ 60,000 Ewro b’rabta mal-hekk imsejħa ‘manovra stipendi’. Il-ġustizzja sportiva sabitu ħati u tatu dil-kundanna. Ta’ min ifakkar li Agnelli kien l-uniku wieħed li ma aċċettax il-patteġġament. Issa rridu nistennew li tinħareġ is-sentenza sħiħa biex naraw eżattament fuq liema bażi l-Qorti tal-FIGC sabitu ħati.
Matthew Scerri