Anniversarju: 29/5/1985 it-Traġedja tal-Heyselby Aleandro Bartolo
It-traġedja tal-Heysel, 29 ta’ Mejju, 1985
Finali Tazza taċ-Champions, Liverpool vs Juventus
Tajjeb li nġibu fil-qosor x’seħħ dakinhar tat-traġedja tal-Heysel . Siegħa qabel il-kick-off tal-Finali, grupp ta’ partitarji Ingliżi attakkaw lill-partitarji li kienu qed jokkupaw l-area newtrali, il-famuża Curva Z fl-istadium tal-Heysel. L-ispettaturi fil-Curva Z, fil-maġġor parti tagħhom Juventini, beżgħu u rtiraw lura mal-avvanz tal-hooligans Ingliżi iżda sabu ma’ wiċċhom il-ħajt tal-concrete tal-Curva. Qam pandemonju sħiħ, iġsma sfaw mgħaffġa minn sħabhom stess, partikularment dawk li kienu qrib il-ħajt, li eventwalment spiċċa ċeda.
Ħafna kienu li rnexxilhom jaqbżu fil-grawnd u salvaw, iżda 39 partitarju innoċenti kienu inqas ixxurtjati għax mietu mgħaffġa taħt is-saqajn ta’ persuni oħra mwerwra bħalhom filwaqt li 600 mija oħra sfaw midruba.
Il-logħba ntlagħbet wara bosta ħin fuq ordni tal-UEFA, minkejja li minxura mal-art barra l-grawnd kien hemm il-katavri Juventini bix-xalpi u l-bnadar suwed u bojod mdawra magħhom.
IN MEMORIAM- Biex qatt ma ninsew il-vittmi tal-Heysel
Balli Bruno, Alfons Bos, Casula Andrea, Casula Giovanni, Cerullo Nino, Chielens Willy, Conti Giuseppina, Danenecky Dirk, Fabbro Dionisio, Francois Jacques , Galiano Eugenio, Galli Francesco, Gonnelli Giancarlo, Guarini Alberto, Lorentini Roberto, Lusci Barbara, Martelli Franco, Messore Loris, Mastroiaco Ganni, Mazzino Sergio, Papaluca Luciano, Pidone Luigi, Pistolato Benito, Radcliffe Patrick, Raganese Antonio, Robert Claude, Ronchi Mario, Russo Domenico, Salvi Tarcisio, Sarto Gianfrnco, Spanu Mario, Venturin Tarcisio, Walla Jean Michel u Zavaroni Claudio.