Approvat ir-rapport finanzjarju 2022by Matthew Scerri
Il-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus approva lbieraħ ir-rendikont finanzjarju sat-30 ta’ Ġunju 2022. Dar-rendikont se jitressaq għall-approvazzjoni tax-share-holders fil-Laqgħa Ġenerali tas-27 ta’ Diċembru.
Tħabbar ukoll li Juventus, wara li ħadu pariri legali minn esperti tas-settur, għamlu xi adjustments fir-rapporti finanzjarji tal-2019, l-2020 u l-2021. Fl-istqarrija naqraw li Juventus qed itennu li dejjem imxew mar-regolamenti u użaw accounting method skont il-parametri tal-liġi. Bi ‘prudenza’ pero’ għamlu dawn l-adjustments u allura kellhom jużaw accounting method kemmxejn differenti minħabba dak li qed ikun ikkuntestat lilhom mill-Procura ta’ Turin u mill-CONSOB. Kollox hu marbut mal-ftehim dwar il-pagi tal-plejers milħuq fl-2020 u fl-2021. L-istqarrija ttemm tgħid li wara dawn l-adjustments, it-total ta’ deficit iddikjarat kull sena bejn l-2019 u l-2021 ma nbidilx. Inbidel biss il-mod kif il-ħruġ ġie mniżżel fir-rapport finanzjarju.
Matthew Scerri