Entries by Aleandro Bartolo

STQARRIJA MILL-KUMITAT

Filwaqt li l-kumitat japprezza u jinnota l-entuzjazmu taghkom il-membri li bi hgarkom qeghdin tissiehbu membri u taghzlu l-klabb taghna biex taqtgħu il-biljetti ghal partiti, xtaqna niċċaraw xi affarjiet. Is-segretarjat tal-klabb qieghed hemmhekk biex naghmluha facli ghal min jixtieq jissieheb membru u b’hekk ikun qed jghin il-klabb ikompli l-hidma tieghu, kif ukoll ghal dawk il-membri li […]

Anniversarju: 8 ta’ Diċembru 1985 Juventus jirbħu t-Tazza Interkontinentali

Nhar it-8 ta’ Diċembru 1985 Juventus saru Champions tad-Dinja għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Juventus, champions tal-Ewropa, lagħbu kontra Argentinos Juniors, li kienu champions tal-Amerka t’isfel. Ir-rebbieħ kellu jingħata t-Tazza Interkontinentali li awtomatikament tfisser anki Champion tad-Dinja. Il-partita kellha tiġi deċiża bil-penalties b’Tacconi jkun l-eroj ta’ Juventus meta laqa’ żewġ penalties.

Awguri lill-missirijiet kollha!

Il-President u l-Kumitat jixtiequ jawguraw il-festa t-tajba lill-missirijiet kollha. Festa li bix-xieraq tiċċelebra s-sagrifiċċji li l-missirijiet kollha jagħmlu għall-familji tagħhom

3 ta’ Ġunju … żewġ tazzi mitlufa u l-ħatra ta’ Heriberto Herrera

Id-data tat-3 ta’ Ġunju mhix waħda marbuta ma’ tifkiriet sbieħ għas-supporters Juventini. Jekk inqallbu l-kotba tal-istorja Juventina nsibu li f’did-data Juventus tilfu żewġ Finali Ewropej. Fl-1971 Juventus kienu tilfu t-Tazza tal-Fieri fir-return match tal-Finali kontra Leeds United. Dakinhar Juventus marru l-Ingilterra u ġew draw 1-1 (Clarke fetaħ l-iskor u Anastasi ġab id-draw għal Juventus). L-ewwel […]

It-Traġedja tal-Heysel hi parti mill-istorja tal-Club tagħna wkoll!

Qed nisiltu silta mill-ktieb “Iswed u Abjad” li kien ippubblikat mill-Club tagħna sabiex ikun iċċelebrat bl-aktar mod denju l-40 anniversarju mit-twaqqif tal-Club. Il-ktieb, miktub minn Manwel Scerri u Matthew Scerri hu xhieda diretta tal-istorja tal-Club mill-1975 ‘il quddiem. It-traġedja tal-Heysel hi parti mill-istorja tal-Club tagħna wkoll. Ejjew naraw kif: Is-silta mill-ktieb: B’dieqa rridu ngħidu li […]