Entries by Massimo Grioli

Riflessjonijiet fuq is-sitwazzjoni attwali Juventin

Mingħajr dubju, il-moral kemm tiegħi u ta’ bosta partitarji Juventini huwa baxx immens hekk kif qomna wara d-disfatta tat-telfa umiljanti ma’ Empoli l-bierah fil-għaxija. Kienet ġimgħa emottivament stressanti b’dak kollu li ġara madwar it-tluq xejn feliċi ta’ Cristiano Ronaldo minn mat-tim ta’ qalbna li bil-fors nafu li ovvjament tħalli mpatt enormi kemm fuq kwistjonijiet ta’ […]

Lejn Udinese vs Juventus u il-bidu tal-kampjonat Juventin

It-tant mistennija ġurnata tal-ewwel logħba li verament tgħodd għall-punti waslet. Illum it-tim favorit tagħna ser jilgħab ġewwa Udine kontra Udinese u ma tistax din il-logħba ma tqajjimx rikordji ħajjin ħafna tal-famuż 5 Maggio – logħba deċiża minn goals ta’ Trezeguet u Del Piero li waslet għar-rebħ ta’ wieħed mill-iscudetti għal qalbi li rajthom jirbħu minn […]

Prospetti tajba għal staġun tajjeb?

Din il-ġimgħa, l-aħbar prominenti żgur kienet l-akkwist ta’ Manuel Locatelli mat-tim favorit tagħna. Ma nistawx ma ngħidux li huwa akkwist li konna għatxana u bir-raġun kollu minħabba li kulħadd ħass li kien bżonnjuż wisq li nsaħħu settur importanti immens fil-ground bħal nofs il-ground. Mill-lat numeriku, żdied player ieħor u b’hekk il-kowċ Max Allegr għandu għażla […]

Riflessjonijiet wara Juventus vs Atalanta

Nibda billi nitkellem fuq il-fatt li tifraħ tara partitarji jassistu għal loghba ġo stadium.  Kienet wisq ta’ dwejjaq tara logħba minghajr partitarji jaraw logħba futbol.  Mela dak diġa’ fattur verament posittiv fil-partita ta’ ħbiberija tal-bieraħ.  Ngħaddu ftit għall-aspett tekniku u tal-iskwadra in ġenerali.  Ħadt gost ħafna nara it-trio Ronaldo-Chiesa-Dybala jikkombina b’mod effettiv fl-ewwel goal.  Ma […]

Ftit ħsibijiet dwar il-konferenza stampa ta’ Allegri

Il-bieraħ il-kowċ il-ġdid taghna Max Allegri ta l-ewwel konferenza stampa minn meta ġie maħtur bħala l-kowċ il-ġdid tal-Juventus. Ħadt gost nerġa nammira d-doni komunikattivi ta’ Max hekk kif beda jirrispondi b’mod naturali għall-aħħar il-mistoqsijiiet imressqa mill-ġurnalisti preżenti. Tkellem fuq diversi aspetti nteressanti – Ronaldo, Dybala, u fl-aħħar imma mhux l-anqas it-tweġiba li saret ‘viral’ waqt […]

Min se ikun l-ewwel akkwist bħala midfielder?

Kif kulħadd jaf u tkellimt anki fl-aħħar artiklu ppubblikat, it-tim tagħna beda t-taħrig bi grupp kemmxejn żgħir ghall-istaġun li jmiss bir-ritorn ta’ Max Allegri fi tmun tal-iskwadra. Il-grupp għadu żgħir ħafna minħabba l-bosta plejers li pparteċipaw f’Ewro 2020. Sirna nafu wkoll bl-operazzjoni ta’ Arthur li se tħallih barra mill-azzjoni ghal perjodu ta’ madwar xahrejn.Din l-aħbar […]

Lejn Staġun ġdid Juventin 2021-22

Illum beda uffiċċjalment is-season il-ġdid taħt it-tmexxija tal-kowc il-ġdid Massimiliano Allegri. Ovvjament Allegri ma għandu bżonn l-ebda introduzzjoni minħabba il-fatt li ġa kien il-kowċ tat-tim preferit tagħna. Fil-5 staġuni preċedenti li kellu ma’ Juventus, Allegri wassalna għar-rebħ ta’ diversi trofej li komplew żiedu ma’ vetrina mimlija tazzi. Ta’ min jirrimarka li l-ewwel u l-uniku kowċ […]