Entries by Matthew Scerri

Insellmu l-memorja ta’ Doris Scerri

Il-President u l-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jixtiequ jsellmu l-memorja tal-għażiża Doris Scerri, mart il-President Onorarju u fundatur tal-Club tagħna, Manwel Scerri. Doris kienet mara eżemplari li fis-skiet u bi tbissima kbira fuq wiċċha għamlet ħafna ġid tul ħajjitha kollha. Kienet mara ta’ qalb kbira li tat kollox sabiex tara lil Manwel u […]

Biex nifhmu dak li qed jiġri

M’hemmx paċi għalina s-supporters Juventini u żgur li l-aħbar li Pogba nstab pożittiv għal test antidoping, ħarbtet moħħ kulħadd. Se nippruvaw nirraġunaw ftit bħas-soltu bit-tama li forsi bħala supporters inħossuna ftit inqas mitlufin. Nibdew minn dak li nafu fiċ-ċert: Pogba kellu jagħmel test antidoping fi tmiem Udinese-Juventus. It-test wassal biex instab li Pogba assuma testosterone […]

X’se jiġri issa?

Din ta’ Pogba hi tassew sajjetta fil-bnazzi li xxukkjat lid-dinja Juventina. Pogba se jkun sospiż b’effett immedjat u se jkollu tlett ijiem ċans jitlob li jsiru mill-ġdid it-testijiet fuq is-samples. Jekk ikun ikkonfermat li nstab pożittiv għat-test antidoping, allura Pogba jibqa’ sospiż sakemm jidher quddiem Bord apposta li jrid jevalwa l-każ. Pogba jista’ jeħel sa […]

Pogba allegatament pożittiv għal test antidoping

Ftit tal-minuti ilu, l-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa tat l-aħbar li Paul Pogba ttestja pożittiv għal test antidoping li sarlu fi tmiem il-partita kontra Udinese (fejn dakinhar hu lanqas biss kien lagħab). L-aħbar s’issa għadha mhin konfermata mil-Lega Calcio jew min-naħa ta’ Juventus. Semmai hi vera, ikunu jridu jsiru testijiet mill-ġdid fuq is-sample li ttieħdu dakinhar qabel […]

Xejn gravi għal Pogba u Gatti

Mit-testijiet li sarulhom illum irriżulta li Pogba u Gatti m’għandhom xejn gravi. Ġie eskluż li Pogba sofra xi tip ta’ injury muskolari. Gatti, mill-banda tiegħu, rewa l-għaksa imma anki f’dal-każ m’hemm xejn gravi. Matthew Scerri

Injury ieħor għal Pogba

Fi tmiem Empoli-Juventus, Allegri ħabbar li Paul Pogba sofra injury ieħor hekk kif ħass fastidju fuq in-naħa ta’ wara ta’ siequ. Fis-sigħat li ġejjin se jsirulu ci testijiet biex it-tobba jifhmu l-entita’ tal-injury tiegħu. Nawgurawlu fejqan ta’ malajr! Matthew Scerri