Entries by zeronlg

Pirlo: “Diffiċli li l-attakkant il-ġdid ikun Suarez”

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet Juventus-Sampdoria, Andrea Pirlo stqarr li qed jistenna li Juventus ikollhom attakkant ġdid. Hu qal li m’hemmx għaġġla peress li s-suq tat-trasferimenti fadallu ħafna biex jagħlaq. Mistoqsi jekk l-attakkant huwiex se jkun Luis Suarez, Pirlo wieġeb: “Diffiċli. Il-passaport se jdum ma joħroġ u allura naħseb li mhux se jkun hu.” Matthew […]

Alex Sandro għandu ħmistax żgur barra

Dalgħodu l-istaff mediku ta’ Juventus għamel xi testijiet biex tkun stabbilita l-entità tal-injury ta’ Alex Sandro. L-injury hu ta’ entità medja. Ġimagħtejn oħra se jkunu qed isirulu xi testijiet oħra biex it-tobba jifhmu jekk fieqx jew le. Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Sampdoria

Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini; Cuadrado, Rabiot, McKennie, Pellegrini; Ramsey; Kulusevski, Ronaldo. Sampdoria (4-4-2): Audero; Bereszynski, Yoshida, Colley, Augello; Depaoli, Thorsby, Ekdal, Jankto; Quagliarella, Bonazzoli. Sors: Calciomercato.com

L-istadiums kollha tal-Italja miftuħa għal 1000 supporter

Il-Gvern Taljan awtorizza biex minn għada l-istadiums Taljani kollha jkunu jistgħu jiftħu l-bibien tagħhom għal 1000 supporter. Id-deċiżjoni waslet wara li r-reġjuni tal-Lombardia u tal-Veneto ngħaqdu mal-Emilia Romagna u taw il-permessi biex fir-reġjuni tagħhom l-istadiums jibdew jilqgħu 1000 supporter. Il-Gvern imbagħad ma kellu ebda triq oħra ħlief li jiftaħ l-istadiums kollha. Wara s-7 ta’ Ottubru […]

Problemi bejn Milik u Napoli qed iżommu kollox

Milik għadu ma sarx plejer ta’ Roma minkejja li l-aġent tiegħu sab ftehim mal-klabb tal-kapitali u diġà għamel it-testijiet mediċi. Jidher fil-fatt li għad hemm xi kwisjtonijiet bejn Milik u Napoli li wasslu biex għalissa l-klabb ta’ De Laurentis għadu ma jistax iħalli lill-attakkant Pollakk jingħaqad ma’ Roma. Il-kwistjonijiet huma marbuta ma’ xi pagi arretrati, […]

Sassuolo mhux ippreparati biex jiftħu l-Mapei Stadium għan-nies

Ħarġu iktar dettalji dwar il-permess mogħti mill-awtoritajiet tar-reġjun tal-Emilia Romagna biex 1000 supporters jitħalla jidħol fl-istadiums. L-awtoritajiet talbu lill-klabbs konċernati biex jipprovdu dokument bil-protokoll li se jintuża. Sassuolo, imma, għarrfu lill-awtoritajiet li huma ma jinsabux lesti biex f’temp tant qasir jipprovdu dan id-dokument. Il-paradoss hu li Juventus ilhom ġimgħat li ħejjew il-protokoll u għaddewh lill-awtoritajiet […]

Waqfa kemxejn twila għal Alex Sandro?

Illum mistennija joħorġu r-riżultati tat-testijiet li t-tobba ta’ Juventus se jagħmlu b’rabta mal-injury muskolari ta’ Alex Sandro. Bosta siti u gazzetti qed ibassru li se jkollu jibqa’ barra bejn tliet ġimgħat u xahar. Matthew Scerri

Pjaca misluf lil Genoa

Marko Pjaca lbieraħ waranofsinhar mar Genova fejn beda l-avventura tiegħu ma’ Genoa. Hu ngħaqad magħhom b’self. Juventus se jkunu qed jiffrankaw madwar 3 miljuni b’rabta mal-paga tiegħu. S’issa għadu mhux magħruf jekk Genoa għandhom dritt jew obbligu li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla. Matthew Scerri