Entries by zeronlg

Bħal-lum fil-passat (14 ta’ Settembru)

Il-partita mill-passat tal-lum toħodna lura għas-sena 1947. Dakinhar Juventus lagħbu fil-kampjonat kontra Alessandria. Skor finali 1-3 favur Juventus f’dad-derby tal-Piemonte. Il-gowls Bianconeri kellhom il-firma ta’ Sentimenti III u Arpas (2).

Juventus-Novara bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Novara. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. Sors: Juventus.com

Juventus-Novara 5-0

L-era Pirlo bdiet b’rebħa u b’wirja sostanzjalment tajba. F’dan l-istadju għadu kmieni wisq biex wieħed jiġġudika lit-tim u għaldaqstant kull kumment hu kemxejn superfluwu. Il-partita kontra Novara wrieta li Pirlo għandu f’moħħu s-sistema tat-3-4-1-2, sistema li jekk xejn se tagħti ċ-ċans lil Cuadrado u lil Alex Sandro jilagħbu iktar qrib il-lasti avversarji milli kienu jagħmlu […]

McKennie u Kulusevski fost l-aqwa fl-ewwel taqsima

McKennie u Kulusevki kienu l-uniċi mill-plejers il-ġodda li lagħbu fl-ewwel taqsima kontra Novara. Huma kellhom wirja tajba ferm. Nafu li l-avversarji huma li huma, imma xorta waħda ninsabu kuntenti għall-fatt li McKennie u Kulusevski wrew li integraw sew ma’ sħabhom. McKennie deher li hu plejer simili għal Matuidi għax jirbaħ ħafna blalen, imma b’iktar kwalità […]

Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Novara

Juventus (3-5-2): Szczesny; Demiral, Bonucci, Chiellini; Cuadrado, Bentancur, Arthur, Rabiot, Alex Sandro; Kulusevsky, Ronaldo.Fuq il-bank tas-sostituti: Buffon, Pinsoglio, De Sciglio, Rugani, Pellegrini, Danilo, McKennie, Douglas Costa, Pjaca. Novara (4-3-2-1): Lanni; Pagani, Bellich, Bove, Cagnano; Nardi, Collodel, Schiavi; Cisco, Panico; Gonzalez.Fuq il-bank tas-sostituti: Marricchi, Spada, Hrkac, Rusconi, N. Tordini, M. Tordini, Spitale, Lorenzi, Pinotti, Zunno, Bortolussi, Bianchi, Buzzegoli. […]

Proposta oħra minn Juventus biex is-supporters jidħlu fl-Allianz Stadium nhar il-Ħadd

Juventus ressqu proposta oħra lill-Gvernatur tar-reġjun tal-Piemonte biex is-supporters ikunu jistgħu jidħlu fil-Allianz Stadium għal Juventus-Sampdoria. Il-pjan hu li jidħlu biss 1000 persuna. Jidher li fl-aħħar Avviż Legali li ħareġ il-Gvern Taljan hemm miktub li hu possibbli li jsiru avvenimenti sa massimu ta’ 1000 persuna. Jidher imma li dawn l-avvenimenti għandhom ikunu ta’ darba u […]

Rapporti li Juventus tkixxfu dwar Depay u Alonso

Il-media internazzjonali qed tagħti l-aħbar li Juventus tkixxfu dwar Memphis Depay (O.Lyon) u Marcos Alonso (Chelsea). Depay għandu kuntratt li jiskadi s-sena d-dieħla u allura jaf il-prezz tiegħu jkun baxx. Alonso, mill-banda l-oħra, hu plejer li Chelsea jridu jbigħu. Fl-Ingitlerra qed jingħad li Juventus lesti jiksbuh b’self bid-dritt jew l-obbligu li jixtruh għal kollox is-sena […]