Entries by zeronlg

Juventus jistgħu jirreġistraw lil Suarez anki wara l-5 ta’ Ottubru

Mil-lat tekniku, Juventus se jkunu jistgħu jirreġistraw lil Suarez wara l-5 ta’ Ottubru meta jagħlaq fl-Ewropa s-suq tat-trasferiment. Dan jista’ jsir biss jekk Saurez ikun xolja l-kuntratt ma’ Barcellona qabel did-data u allura jkun plejer fuq free-release. Id-data tal-5 ta’ Ottubru tgħodd biss għal dawk il-plejers li jkunu marbutin b’kuntratt ma’ klabb, filwaqt li plejers […]

PSG mhux se jixtru lil De Sciglio wara li kisbu lil Florenzi

Nistgħu ninsew li PSG se jixtru lil Mattia De Sciglio. Fil-fatt għadu kif tħabbar li PSG kisbu lil Florenzi mingħand Roma u dan awtomatikament jeskludi l-possibbiltà li huma jixtru lil De Sciglio wkoll peress li jilagħbu fl-istess pożizzjoni. Matthew Scerri

Juventus offrew 50 miljun għal Morata

Skont Marca fis-sigħat li għaddew Juventus ressqu offerta ta’ 50 miljun għal Alvaro Morata. L-offerta ma ġietx milqugħa minn Atletico Madrid peress li huma xtrawh iktar minn hekk mingħand Chelsea. Barra minn hekk Atletico Madrid infurmaw lil Juventus li Morata se jitħalla jitlaq biss jekk titħallas il-penali ta’ 150 miljun Ewro li stipulata fil-kuntratt tiegħu […]

Evviva l-injoranza!

Ħarġu aktar dettalji dwar il-każ tal-pożittività għall-Covid-19 min-naħa ta’ De Laurentis u għal darb’oħra kellna l-konferma taċ-ċarlataniżmu li jirrenja fost il-Presidenti tas-Serie A. Fil-fatt De Laurentis kellu s-sintomi u għamel it-test qabel il-laqgħa tal-Lega tas-Serie A anki jekk ir-riżultat kien għadu ma ħariġx. Minkejja li ħassu ma jiflaħx, hu mar xorta waħda għall-imsemmija laqgħa u […]

De Laurentis pożittiv għall-Covid-19

Il-President ta’ Napoli, Aurelio De Laurentis instab pożittiv għall-Covid-19. L-aħbar hi konfermata direttament mill-klabb ta’ Napoli. L-iswab test sarlu peress li ħa sehem f’laqgħa tal-Lega Calcio. Issa wieħed irid jara jekk, waqt l-imsemmija laqgħa, hu għaddiex il-virus lil xi ħaddieħor. Matthew Scerri

Riskju ta’ tixrid tal-Covid-19 waqt laqgħa tal-Lega Calcio

La Repubblica żvelat li uffiċċjal għoli ta’ klabb tas-Serie A nstab pożittiv għall-Covid-19. S’issa mhuwiex magħruf min hu. Li hu ċert hu li dil-persuna ħadet sehem fil-laqgħa tal-Lega Calcio u jingħad li għal xi ħin ma kinitx liebsa l-maskra. Fi kliem ieħor hemm riskju kbir li hu għadda l-virus lil ħaddieħor. Intant La Repubblica qed […]

Dzeko. Xejn ġdid s’issa

M’hemmx żviluppi dwar Dzeko. Il-Bożniaku jinsab miftiehem ma’ Juventus, biss Roma għalissa ma jridux jitilquh minn idejhom hekk kif ma jistgħux isibu ftehim ma’ Napoli għal Milik. Sky qed jirrapurtaw li fl-eventwalità li Dzeko jitħalla jingħaqad ma’ Juventus, il-klabb tal-kapitali jrid li jkun Dzeko nnifsu li jispjega għalfejn mar ma’ Juventus. B’dal-mod Roma jridu jżommu […]

Suarez għandu l-eżami tat-Taljan il-ġimgħa d-dieħla

Il-ġimgħa d-dieħla Luis Suarez se jkun qed jagħmel l-eżami tal-lingwa Taljana wara li dil-ġimgħa ressaq it-talba tiegħu għal passaport Taljan. Dan l-eżami jħoll u jorbot jinħariġlux il-passaport. F’dan l-istadju għadu mhuwiex ċert jekk il-passaport huwiex se jilħaq ikun inħareġ sal-5 ta’ Ottubru meta jagħlaq is-suq tat-trasferimenti. Matthew Scerri