Avviż dwar dħul fil-Club tagħna waqt il-partiti ta’ Juventusby zeronlg
Il-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jixtieq javża li se jkun qed jerġa’ jiftaħ il-bibien tal-premises tiegħu għal staġun ieħor ta’ futbol. Kif kulħadd jista’ jifhem irridu napplikaw id-Direttivi tal-Awtoritajiet sabiex inħarsu s-saħħa ta’ dawk kollha li se jattendu l-Club. Għaldaqstant nixtiequ navżawkom li:
(i) Kulmin irid jattendi għandu jirriserva post billi jċempel lill-Barman Karl fuq 79992484
(ii) Ħadd mhu se jitħalla jidħol mingħajr booking.
(iii) Il-postijiet fil-premises huma limitati minħabba li nridu nżommu d-distanzi u allura se nimxu fuq bażi ta’ first come first served.
(iv) Kull persuna li tidħol fil-premises trid tkun liebsa l-maskra jew visor kemm fil-mument li tidħol fil-Club, kif ukoll waqt li tkun ħierġa. F’kull ħin li persuna tkun bilwieqfa, trid tkun liebsa l-maskra jew visor.
(v) Ħdejn il-bieb se jkun hemm hand sanitizer li jrid jintuża minn kulmin se jidħol fil-premises tal-Club.
(vi) Ħdejn il-bieb se jkun hemm reġistru fejn kull persuna, qabel tidħol fil-bar area, trid tħalli l-kuntatti personali tagħha f’każ li l-awtoritajiet jitolbuna din l-informazzjoni għall-fini ta’ contact tracing.
(vii) Min se jattendi se jkun mitlub jibqa’ bilqiegħda.
(viii) Ħadd ma jista’ joqgħod bilwieqfa, lanqas mal-bank tal-bar.
(ix) Tipjip mhux permess fil-premises kollha tal-Club.
Nitolbukom tikkoperaw magħna u grazzi bħal dejjem li tifhmuna.
Il-Kumitat