Avviż importanti dwar emails li mhux jaslu għandkom il-membriby Darren Micallef
Qed jaslulna ħafna rapporti mingħand il-membri tal-Club li l-emails tagħna ġejjin minn [email protected] sfortunatament mhux qegħdin jaslu fl-inbox individwali tagħkom.
Fil-jiem li ġejjin se nkunu qed nibgħatu email oħra dwar il-Laqgħa Ġenerali annwali iżda ħafna minnkom probabbilment mhux se jkunu qed jirċevuha.
Is-Segretarjat tal-Club jixtieq jagħmilha ċara li dejjem jibgħat email ta’ konferma f’qasir żmien malli jsir il-ħlas tas-sħubija kif ukoll il-mistoqsijiet li tibgħatulna ta’ kuljum jiġu mwieġba wkoll malajr ħafna drabi dakinhar stess.
Sfortunatament pero’ l-emails tagħna qegħdin isibu ruħhom misterjosament fl-ispam folders għax kull min irrapporta li ma rċeviex risposta kollha qegħdin isibuha ġewwa dan il-folder mimli emails mhux mixtieqa.
Dan jgħodd kemm għal indirizzi Gmail kif ukoll għal Outlook/Windows Live/Hotmail. Yahoo saħansitra ġieli lanqas sal-ispam folder ma jaslu.
Din hija problema li konna niltaqgħu magħha kultant qabel iżda issa qisu saret ir-regola. Għaldaqstant inħeġġukom tiċċekkjaw l-ispam folder iktar sikwit u jekk issibu xi email tagħna iftħuha u
- għal Gmail għafsu “Report as not spam”
- għal Outlook / Windows Live / Hotmail għafsu “Its not junk”
- għal Yahoo għafsu “Not spam”
Tistgħu wkoll iżżidu [email protected] fis-Safe senders list mis-settings tal-email account tagħkom.
Niskużaw ruħna ta’ dan l-inkonvenjent u lejn dawk li forsi ħasbu li nqasnihom.
F’kas ta’ diffikulta’ tistgħu wkoll iċċemplu fuq 79618994.
Nirringrazzjakom,
Darren Micallef
Uffiċjal Tesseramenti
Assistent Segretarju u Assistent Segretarju Internazzjonali