Avviż importanti. Prijorità lill-membri 2020/21

Darren Micallef News Leave a Comment

Issa li l-ewwel rawnd tal-Kampjonat Taljan wasal biex jintemm, Juventus għandha kompitu impenjattiv ferm biex tegħleb l-isfidi li għandha quddiemha għat-titlu ta’ Campioni d’Italia.

Il-Club tagħna daqstant ieħor għaddej minn sfidi simili minħabba l-pandemija li wasslet għal restrizzjonijiet u anki l-għeluq temporanju tiegħu. Konsegwenza ta’ dan l-attività finanzjarja tal-Club naqset konsiderevolment izda l-ispejjeż biex il-Club jibqa’ operattiv baqgħu l-istess. Fl-istess waqt fhimna li ma stajniex inkunu ta’ servizz bħas-snin preċedenti allura bħalma lkoll tafu s-sħubija mal-Club dan l-istaġun 2020/21 offrejniha għall-prezz imnaqqas ta’ €15 biss sabiex inwieżnu l-membri tagħna.

Il-lealtà ta dawk il-membri kollha li minkejja kollox għażlu li jgħinu lill-Club xorta waħda u jagħtuna fiduċja ġiet apprezzata ħafna għaldaqstant il-Kumitat iddeċieda li jħaddem mekkaniżmu biex meta s-sitwazzjoni nittamaw terġa’ tirritorna għan-normalità u l-istadiums jerġgħu jiftħu l-bibien għall-pubbliku dawn jiġu aġevolati u jingħataw prijorità għall-biljetti matul l-istaġun kollu. Id-dettalji nħabbruhom iktar il-quddiem.    

Ta’ min jgħid li l-offerta tas-sħubija bi prezz imnaqqas li oriġinarjament kienet imħabbra sal-31 ta’ Dicembru 2020 ġiet estiża sa tmiem dan l-istagun.

Jekk tixtieq iġġedded is-sħubija tista’ tagħmel dan billi tagħmel użu minn waħda mit-tliet opzjonijiet imsemmija hawn taħt
segwi dan il-link www.juventusclubmalta.com/membership/subscribe-online u agħmel il-ħlas permezz ta’ PayPal jew Revolut
– niżżel l-applikazzjoni tas-sħubija minn hawn u ibgħatha mimlija bid-dettalji flimkien ma ċekk indirizzat lill-Juventus Club Vero Amore
– Żur l-uffiċju tal-Club kull nhar ta’ Tlieta jew Ħamis bejn 6.30pm u 8pm

Grazzi

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *