Barcellona għadhom iridu lil De Ligtby Aleandro Bartolo
Skont El Chiringuito, Barcellona se jagħmlu tentattiv ieħor das-sajf biex jiksbu lil Matthijs De Ligt. Juventus min-naħa tagħhom ma jridux jafu li jbigħu lil De Ligt u se jirrifjutaw kull offerta li se taslilhom għalih. Tajjeb infakkru li fil-kuntratt ta’ De Ligt hemm klawżola li biha jista’ jinħall mill-kuntratt bil-ħlas ta’ penali ta’ 125 miljun Ewro. Dil-klawżola, però, se tidħol fis-seħħ biss fl-2022.
Matthew Scerri