Benevento-Juventus 1-1by Aleandro Bartolo
Logħba diżappuntanti għal Juventus minn taħt kull aspett, kemm mil-lat ta’ riżultat kif ukoll minn dak tal-wirja. It-tim ta’ Pirlo beda tajjeb u fl-ewwel taqsima kellu l-kontroll tal-partita, biss wara l-gowl ta’ Morata ma għarafx jagħlaq il-partita (żball li ilna snin nagħmlu!). Benevento kisbu d-draw b’xutt mill-isbaħ fi tmiem l-ewwel taqsima u minn dak il-punt ‘il quddiem bilkemm rajna reazzjoni min-naħa ta’ Juventus. Issa li għaddew ftit tal-partiti sew tajjeb li ngħidu li qed inkunu inkonsistenti wisq fir-riżultati u fil-wirjiet. Qed inwaqqħu wisq punti kontra timijiet żgħar. Pirlo qed jibdel it-tim kull partita qisna għadna fil-fażi tal-esperimenti. Spiss qed naraw nuqqas ta’ ħeġġa u grinta mill-plejers fil-grawnd. Qed naqilgħu wisq gowls, prattikament kontra kulħadd. Logħbiet bħal dawk tal-lum ma tantx jimlulek qalbek li dat-tim jista’ jkompli jirbaħ. Fl-istess ħin fl-aħħar ġimgħat kellna xi wirjiet tajbin ferm li donnhom jagħtuna tama ta’ rebħ. Nisperaw li Pirlo u l-istaff tiegħu jagħrfu jsolvu l-problemi tat-tim darba għal dejjem u malajr kemm jista’ jkun.
BENEVENTO-JUVENTUS 1-1
Skurjaw: Morata (J), Letizia (B)
Benevento (4-3-2-1): Montipò; Letizia, Glik, Caldirola (Maggio – Insigne), Barba; Hetemaj, Schiattarella, Improta; Ionita (Tello), Caprari (Tuia); Lapadula (Sau). Kowċ: Inzaghi.
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Danilo, Frabotta; Chiesa (Bernardeschi), Arthur (Bentancur), Rabiot, Ramsey (Kulusevski); Dybala, Morata.Kowċ: Pirlo.
Referee: Pasqua.
Karti sofor: Maggio (B), Cuadrado (J), Schiattarella (B), Barba (B), Improta (B), Insigne (B)
Karta ħamra: Morata (J)
Matthew Scerri