Bħal-lum fil-passat (18 ta’ Novembru)by Aleandro Bartolo
Il-partita li qed inwasslulkom illum kienet tassew inkredibbli. Fl-1990 Juventus għelbu f’darhom lil Roma bl-iskor ta’ 5-0. Fost l-oħrajn kien hemm hattrick ta’ Schillaci. Il-wirja tal-Bianconeri kienet tant kbira fejn mhux biss skurjaw ħames gowls, imma saħansitra lagħbu l-aħħar kwarta b’disa’ min-nies.