Bħal-lum fil-passat (23 ta’ Mejju 1997)by Aleandro Bartolo
Il-partita mil-passat li se nżuru ntlagħbet fil-grawnd ta’ Bergamo fit-23 ta’ Mejju 1997. Intlagħbet nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija, għax Juventus kellhom itiru Munich biex jiffaċċjaw lill-Ġermaniżi Borussia Dortmund fil-finali taċ-Champions League. Iżda hija wkoll Ġimgħa filgħaxija ta’festa għaż-żewġ skwadri.
It-tim ta’ Juventus għandu bżonn biss punt biex isir Champion Taljan, Atalanta lagħbu kampjonat eċċezzjonali, poġġew ruħhom f’nofs il-klassifika u ppermettew lill-attakkant tagħhom jirbaħ il-klassifika tal-aqwa skorers. Jismu Filippo Inzaghi u diġà ġie mwiegħed fiż-żwieġ lill-“Vecchia Signora”.
Staġun 1996-1997 – Serie A – Matchday 33
Bergamo – Stadio Atleti Azzurri d’Italia
Il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju 1997 ħin 20.30
ATALANTA-JUVENTUS 1-1
Skurjaw: Inzaghi F. 19, Iuliano 54ATALANTA: Pinato, Foglio, Mirkovic (Rustico 51), Carrera, Sottil (Carbone A. 63), Rossini, Sgrò, Morfeo (Fortunato D. 74), Gallo, Inzaghi F., Lentini
Kowċ: Emiliano MondonicoJUVENTUS : Peruzzi, Pessotto G., Ferrara C., Iuliano, Dimas, Lombardo, Tacchinardi, Zidane (Di Livio 65), Jugovic, Del Piero (Amoruso 68), Vieri C.
Kowċ: Marcello LippiReferee: Bettin