Bħal-lum fil-passat (4 ta’ Ġunju)by Aleandro Bartolo
Nhar l-4 ta’ Ġunju 1961 kien biżżejjed draw kontra Bari biex Juventus ikun matematikament champions tal-Italja għat-12-il darba fl-istorja tagħhom. Dakinhar l-iskor tal-partita kien ta’ 1-1, b’Mora jpoġġi lil Juventus fil-vantaġġ minn penalty, filwaqt li De Robertis kiseb id-draw għal Bari.