Biljetti Champions League 2025/26by Darren Micallef
Il-Kumitat jinforma li bi preparazzjoni għat-tlugħ tal-poloz tac-Champions League li sejrin isiru nhar il-Ħamis 28 ta’ Awwissu, il-membri tagħna se jkunu qegħdin jiġu mitluba jsegwu dawn ir-regolamenti spjegati hawn taħt
– l-uffiċju se jkun qiegħed jiftaħ għall-bookings tal-biljetti tal-partiti tac-CL minn nhar il-Ħadd 31 ta’ Awwissu fil-5.30pm (minn siegħa qabel il-partita kontra Genoa);
– bejn il-31 ta’ Awwissu u l-4 ta’ Settembru jistgħu jirriservaw biljetti dawk il-membri li jilħqu jissieħbu mal-Club sa nhar it-Tlieta 26 ta’ Awwissu biss. Min ma jkunx eliġibbli jitpoġġa ġewwa waiting list u fil-5 ta’ Settembru jiġi nformat jekk jistax jinqeda biljett jew le;
– kull membru jista’ jirriserva sa massimu ta’ 2 biljetti
Għaldaqstant kull min hu interessat huwa mħeġġeġ jagħmel is-sħubija minn https://juventusclubmalta.com/issieheb-maghna/#issieheb-online jew izurna l-uffiċju nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn 6.30pm u 8pm.
Grazzi