BLA KLIEMby Pierre Borg
Bla kliem! Hekk hallewna il-Juventus li tant inhobbu. Il-prestazzjoni tal-bierah mizera thallik mhux biss iccassat izda ma’ tkunx taf minn fejn ser taqbad tibda. Fuq xiex ser nitkellmu? Fuq sistema? X’sistema? Fuq fizika? X’fizika? Meta kull avversarju jigri d-doppju taghna. Fuq tattika? X’tattika meta wara ghaxar minuti qaleb mal-ewwel ghal erba difensuri ghax induna l-froga li kienet gejja. Meta tkun qed tara loghba tat-tim tieghek qieghed titlef u tibda tghid igri tispicca ma’ hemmx fejn tasal aktar u nirringrazjaw lil Mulej illi l-inter ma’ baqghux jafsu u rebhulna bl-anqas sforz minimu.
Nahseb li jekk naqbada fuq Allegri nkun qieghed nispara fuq il-croce rossa izda ma’ tistax ma’ tghidx, ha nkun car jien wiehed minn dawk li iddefendejtu u qatt ma’ ridt tkeccija fil-bidu meta kien ghadu kmieni u beda gej l-inkwiet minn barra anzi nibqa nghid li kien il-bniedem adatt f’dak il-mument ghal hafna ragunijiet. Izda meta smajtu jitkellem fil-konferenza ta’ lejliet il-partita tinduna kemm dan ghandu mohhu mistrieh b’kuntratt sod u sinjur u tistennewx li ha jwarrab minn jheddu. Izda nigi ghall-ghazliet li ghamel Allegri. Kif qatt tista tilghab semi final u tinzel tilghab minghajr attakant pur? Kif qatt tista tizel kontra inter bi 3 fuq wara meta taf li inter jattakaw hafna mal-linji u taf li dejjem rbahnilom dan l-istagun meta konna bi 4 3 3, kif qatt tista tinzel ghal semi final u ma’ twassalx ftit motivazzjoni f’dan it-tim u f’dawn il-players? Letteralment bla motivazzjoni, traskurati f’kollox anka f’semplici pass u minghajr idejat! Kif qatt tista f’sentejn tibqa f’din il-fizicita mizera b’tim li lanqas jiflah loghba shiha? Kif tista tiskurja meta l-ballun ghand l-attakanti ma’ jasal qatt?F’partita shiha xuttjajna darba permezz ta’ Kostic u b’kumbinazzjoni!
Biex nghidu l-verita b’dan il-midfield daqshekk fqir mil-kwalita ma’ tista tasal mkien, jekk niehdu l-players li jilghabu spiss tinduna, nibda b’Locatelli pass wiehed tajjeb (zero), fantasija (zero), dribbling(zero), inizjattiva(zero). Miretti? Generuz iva imma l-istess jaghmel in-necessarju u l-ehfef izda responsabilta ma’ jiehu qatt anzi fragli anka biex iwaqqaf avversarju. Rabiot? (mr 10 million) ok kellu pjuttost loghbiet tajba fejn snin ohra u skurja ukoll aktar izda l-istess passes aktar hziena milli tajba, slow fil-vizjoni tal-loghba aktar minn nanna cetta! Insalva ftit lil Kostic l-uniku li jipprova jaghmel xi haga f’nofs dawn l-iccassati, biex ma’ ninsiex lil Alex Sandro u lil de Sciglio ghax anka semmejtom qabadni l-bard! Players inutli!
Voldiri ejja nkunu realistici il-kowc tilef kull sens ta’ direzzjoni izda hemm gew jridu itiru minn ta’ lanqas 7 jew 8 players li qeghdin hemm ghalxejn. Nigi ghas-socjeta. Nerga nghid jien qatt ma qbilt xhur ilu li Allegri jitkecca izda issa s-sitwazzjoni hija ferm differenti u fadal 8 loghbiet barra semifinal ewropeja, reazzjoni ma’ nahsibx li ser naraw fil-players anzi jidher li Allegri ma’ kienx u mhux kapaci jolqot l=orgolju ta’ dawn il-players u ghalhekk fl-opinjoni tieghi xi hadt ghandu jintervjeni biex iwaqqaf din il-mizerja u forsi jkun hemm reazzjoni ta’ xi haga fil-players.
Naturalment f’dan il-mument tant hazin u ikrah il-Juventinita taghna aktar tikber u aktar inhobbu lil dawn il-kuluri ghalhekk irriduwa f’idejn il-Juventini ta’ vera li vera jhobbu minn qalbom lil Juventus u mhux ghal interessi biss! Minn naha taghna FORZA JUVE DEJJEM SA L-AHHAR NIFS.