Ċans kbir li l-partiti tas-Serie A jintlagħbu kollha f’ħinijiet differentiby Aleandro Bartolo
Il-Lega tas-Serie A qed tikkunsidra serjament li mis-sena d-dieħla l-għaxar partiti ta’ kull Ġurnata tas-Serie A jintlagħbu kollha f’ħinijiet differenti. Dan sabiex ikunu evitat problemi tekniċi u overload fuq is-sistema ta’ DAZN li se jibdew ixandru l-partiti. Fil-laqgħa li jmiss tal-Lega Calcio se jkun diskuss dal-punt u se tittieħed deċiżjoni. Qed ikun propost li jkun hemm erba’ partiti s-Sibt (2.30 p.m., 4.30 p.m., 6.30 p.m. u 8.45 p.m.), ħames partiti oħra l-Ħadd (12.30 p.m., 2.30 p.m., 4.30 p.m., 6.30 p.m. u 8.45 p.m.) kif ukoll partita t-Tnejn filgħaxija (8.45 p.m.).
Matthew Scerri