Bħal-lum fil-passat (31 ta’ Jannar)

Illum ‘Gobbo Maltese’ qed iwasslilna filmat ta’ partita mit-Tazza taċ-Champions li tmur lura għal-1968. Kien proprju fil-31 ta’ Jannar 1968 li Juventus lagħbu barra minn darhom kontra Eintracht fil-Kwarti-Finali tal-ogħla kompetizzjoni Ewropea għall-klabbs.

Uffiċjali: McKennie misluf lil Leeds

Juventus ħabbru b’mod uffiċjali li Weston McKennie ngħaqad b’self ma’ Leeds United sa tmiem l-istaġun. Leeds se jħallsu 1.25 miljun Ewro għal das-self flimkien ma’ 0.25 miljun Ewro oħra f’bonuses. Il-klabb Ingliż għandu anki d-dritt li jixtrieh għal kollox fis-sajf għal 34.5 mijun Ewro. Hemm anki bonuses oħra li jammontaw għal 4.5 miljun Ewro.

Matthew Scerri

X’ma qaltilniex is-sentenza

Wara li tajna ħarsa lejn il-kontenut tas-sentenza, naħseb hu xieraq kumment fuq dak li nafu s’issa u fuq kollox fuq xi kwistjonijiet li dis-sentenza tonqos milli tiċċara.

Fl-opinjoni tiegħi hemm kwistjoni li ħadd mhu jsemmi u li donnu ħadd mhu qed jikkoppa dwarha, jiġifieri għala l-Qorti tal-Appell stabbiliet li Juventus għandu jitnaqqsulhom 15-il punt fil-kampjonat. Għala 15 u mhux 9, 10, 12, 17, 19, 20 jew 30? Kif ikkalkulat il-punti li għandhom jiġu mnaqqsa? Is-sentenza tgħidilha xi kunsiderazzjonijiet ġenerali li l-Qorti qisiet sabiex tiddeċiedi l-pieni. Imma onestament dawn ftit li xejn jispjegaw għala wasalna għal 15-il punt imnaqqsa.

Hu veru li l-Qorti setgħet tagħti iktar punti imnaqqsa minn kemm mitlub mill-Procuratore Federale, imma, nistaqsi jien, għala f’dokument tant iddettaljat il-mod kif inħadem il-kalkolu ma ġiex spjegat?

Domanda oħra li s-sentenza ma tweġibx hi: il-Qorti qrat l-14,000 u iktar paġna tal-Atti tal-Procura ta’ Turin? Jew ibbażaw ruħhom biss fuq is-summary ta’ ftit iktar minn erbgħin minuta li għamlilhom Chiné? Ċerti li f’dawk il-paġni m’hemmx aktar informazzjoni li setgħet tagħti stampa differenti minn dik li qed tingħata mis-sentenza?

Imbagħad hemm kwisjtonijiet oħra li loġikament mhux se nsibu fis-sentenza imma li tajjeb inaqsu lilna nfusna:
1. Għala La Gazzetta dello Sport kienet taf minn qabel dak li kien se jkun mitub fis-sentenza? (storja li diġà rajniha, jew aħjar ra minn kien isegwi Calciopoli fl-2006)
2. Għala s-sentenza donnha twieġeb għall-istrateġiji difensivi kollha li fuq il-gazzetti ssemmew li se jkunu użati minn Juventus? Hekk Juventus għandhom idejhom marbuta għall-appell?
3. Għala f’seduta waħda, f’nofs ta’ nhar xogħol, instema’ r-rikors, intlaqa’ u għaddejja għas-sentenza mill-ewwel? Juventus u l-klabbs l-oħra ma kienx ħaqqhom ikunu jafu biex qed jiġi mixlija minn qabel ħalli jħejju d-difiża tagħhom sew quddiem il-Qorti tal-Appell? Minn dak li nafu l-avukati ta’ Juventus setgħu jitkellmu u jagħtu r-raġunijiet tagħhom. Instemgħu anki xi esperti mqabbda minn Juventus. Imma dawn kienu jafu minn qabel l-istampa kollha biex iħejju ruħhom sew? Jew sabu ma’ wiċċhom l-akkużi u minnufih kellhom jintervjenu?
4. Ċerti li verament kien hemm provi ġodda li biddlu l-kwadru fattwali ġenerali tal-każ? It-telefonati rrekordjati msemmija fis-sentenza jmorru kollha lura għall-2021 filwaqt li l-kawża nstemgħet u nqagħtet quddiem il-ġustizzja sportiva fl-2022. Huwa possibbli li dawk it-telefonati kollha msemmija tal-2021 ma kinux parti mill-ewwel kawża li rat lil Juventus meħlusa minn kull akkuża? Qalulna fis-sentenza li bi provi ġodda ma jifhmux telefonati ġodda li qabel ma kinux magħrufa, iżda elementi li jagħti stampa differenti tal-affarijiet. Min jista’ jiggarantilna li fil-verità l-elementi kollha li qed jiġu deskritti bħala ‘ġodda’ fil-verità ma kinux diġà għaddew mil-iskrutinju tal-Qorti? Min jista’ jassigurana li l-provi ‘ġodda’ huma fil-verità ġodda u mhux interpretazzjoni ġdid fuq provi antiki u magħrufa (u allura f’dak il-każ ir-rikors ma setax jiġi milqugħ)? U kif tista’ tiddefendi ruħek dwar dan kollu jekk f’seduta waħda (minn nofsinhar sad-9 ta’ filgħaxija) il-kawża reġgħet infetħet u nqagħtet is-sentenza?
5. Għala issa l-appell li se jressqu Juventus ma jistax jidħol fil-mertu tas-sentenza? Huwa ġust li dak li l-Qorti tal-Appell stabbiliet bħala piena għandu jiġi aċċettat bħala ġust mingħajr ma jgħaddi taħt l-iskrutinju ta’ Qorti oħra? M’għandhiex Qorti oħra tiċċertifika li l-klakulu tal-15-il punt imnaqqsa mhuwiex sproporzjonat għal dak li sar?

Domandi li ma jsibu ebda risposta s’issa u wisq nibża li bħal f’Calciopoli ħafna domandi se jibqgħu mhux imwieġbu. Qed iħammġu klabb glorjuż quddiem id-dinja kollha biex jiskreditaw l-unuri mirbuħa fl-aħħar snin. Il-metodu hu l-istess wieħed ta’ Calciopoli: Juventus qed jiġu ‘singled out’ biex jagħtu l-impressjoni li huma biss kienu jġibu ruħhom hekk. Reġgħu kienu l-uniku klabb investigat. Reġgħu ħarġu l-kliem ‘sistema’. Reġgħet qed tiżżeffen fin-nofs il-lealtà sportiva. Kif dejjem għidna min hu ħati għandu jħallas ta’ għemilu. Imma għandu jħallas b’mod ġust. U għandu jħallas kulħadd għax jekk titfa’ spotlight fuq tim u tagħlaq għajnejk għal dak li jagħmlu l-oħrajn, allura hekk mhix ġustizzja. U lanqas mhi konformi mal-lealtà sportiva, jekk niġu għal dan. Ngħiduha kif inhi: il-lealtà sportiva kif definita fis-sentenza hi vaga wisq għax jagħti lok għall-interpretazzjoniet soġġettivi li huma perikolużi għax biha klabb jista’ jiġi misjub ħati li kiser regola li ma teżistix.

Matthew Scerri

X’qaltilna s-sentenza

Is-sentenza tal-Qorti tal-Appell ġiet ippubblikata kmieni llum waranofsinhar. Hu dokument ta’ 36 paġna li fih insibu kif imxiet il-kawża sakemm waslet is-sentenza definittiva, is-smigħ tar-rikors imressaq mill-Procuratore Federale biex il-każ jerġa’ jinfetaħ; x’wassal biex ir-rikors ikun milqugħ; u għala Juventus u d-diriġenti tagħha ġew misjuba ħatja.

Fid-dokument naqraw li fil-kawża innfisha l-akkużi mressqa mill-Procuratore Federale ma kinux ġew milqugħa minħabba li ma ntlagħqitx it-teżi li l-plusvalenze fittizji setgħu jiġu ppruvati permezz ta’ tqabbil tal-valur tal-plejers mogħti mill-website Transfermarkt. Fin-nuqqas ta’ regoli preċiżi li jistabilixxu l-valur tal-plejers, intlagħqet it-teżi tad-difiża li f’suq ħieles il-prezz ikun stabbilit bejn ix-xerrej u l-klabb li qiegħed ibigħ. Tal-istess idea kienet anki l-Qorti tal-Appell li kienet tenniet li fin-nuqqas ta’ parametri stabbiliti minn qabel, ħadd ma seta’ jiddetermina l-prezz ta’ plejer. L-istess Qorti għamlet appell, li għadu mhux mismugħ, sabiex fid-dinja tal-futbol ikun hemm regoli preċiżi dwar dil-kwisjtoni.

Fit-22 ta’ Diċembru 2022 il-Procuratore Federale ressaq rikors quddiem il-Qorti tal-Appell sabiex il-każ li kien magħluq b’sentenza definittiva, jerġa’ jinfetaħ minħabba li ħarġu elementi ġodda mill-iktar minn 14,000 paġna tal-Atti tal-inkjesta Prisma mmexxija mill-Procura ta’ Turin. Il-Procuratore Federale, Chiné argumenta li fuq il-bażi ta’ telefonati rrekordjati, dokumenti bħall-ktieb l-iswed ta’ Paratici, l-azzjonijiet meħudha mill-Consob u anki mill-istqarrijiet għall-aħbarijiet maħruġa minn Juventus, kien hemm il-bażijiet sabiex il-każ jerġa’ jinfetaħ.

Il-Qorti tal-Appell laqgħet ir-rikors tal-Procuratore Federale minħabba serje ta’ raġunijiet:
a) Ir-rikors tressaq fil-ħin, jiġifieri qabel 30 jum minn meta l-Procura Federale rċievet l-Atti mill-Procura ta’ Turin fid-data 24 ta’ Novembru 2022 (kif inhu kkonfermat mill-irċevuti uffiċjali).
b) Ir-rikors seta’ jitqies aċċettabbli għax ħarġu elementi ġodda li qabel ma kinux magħrufa u li kieku kienu magħrufa qabel kienu jwasslu għal deċiżjoni differenti min-naħa tal-Qorti tal-Appell.
c) Il-kunċett ta’ ne bis in idem mhuwiex applikabbli għax dan jgħodd biss jekk bniedem jew entità tiġi ġġudikata mill-ġdid fuq l-istess fatti, mentri l-Atti tal-Procura ta’ Turin taw kwadru fattwali ġdid li ma kienx għadda taħt skrutinju tal-Qorti.
d) It-telefonati rrekordjati setgħu jiġu meqjusa bħala prova peress li l-ġustizzja sportiva dejjem emmnet li jservu biex tkun stabbilita l-verità, mingħajr ma tidħol fil-mertu ta’ kwistjonijiet tekniċi marbutin mat-telefonati kif jiġri fil-Qrati ċivili.
e) Fil-qasam tal-ġustizzja sportiva, li għandha l-għan li tasal għal sentenza bla wisq dewmien, il-kunċett ta’ provi ġodda mhuwiex marbut ma’ provi individwali li jistgħu jiġu mifruda mill-bqija u elenkati, iżda jgħodd komplessivament dak kollu li joħroġ u li jiġi stabbilit mill-fatti. Fi kliem ieħor mhux qed nitkellmu fuq telefonata ġdida li qabel ma nstabitx, iżda qed nitkellmu fuq kif jidhru l-fatti kolha meta miġmugħa flimkien.
f) L-argument tad-difiża ta’ Juventus li l-fatti kkontestati kienu aktar ta’ natura penali, ma jeskludix il-fatt li l-ġustizzja sportiva tista’ u għandha tintervjeni. Dan minħabba l-awtonomija tal-ġustizzja sportiva.

Il-fatt il-ġdid li qabel ma kienx magħrufa u li issa sar magħrufa malli ntemmet l-inkjesta Prisma hi l-intenzjonalità li kien hemm wara l-operat ta’ Juventus. Il-Qorti tal-Appell sabet lil Juventus ħatja mhux tant għax qed tikkuntesta li l-valur ta’ plejer partikolari hu differenti (iktar baxx)) minn dak tat-trasferiment effettiv. Juventus instabu ħatja mill-Qorti tal-Appell għax hemm provi li juru li Juventus sistematikament kienu jirrikorru għall-plusvalenze biex jgħattu t-telf tagħhom. Il-valur tal-plejers, skont il-Qorti ma kienx ikun stabbilit skont it-talent jew skont is-suq, imma kien ikun deċiż sabiex jagħmel tajjeb għat-telf finanzjari tal-klabb. Ġew imsemmija diversi telefonati bejn Andrea Agnelli u Johm Elkann, Agnelli u Arrivabene, Cherubini u Bertola li jixhdu li kulħadd kien konxju dwar dak li qed jiġri.

Hemm anki l-hekk imsejjaħ ‘Ktieb Iswed ta’ Fabio Paratici’ li nkiteb minn Cherubini u li fih ġabra ta’ plusvalenze fittizji li Cherubini niżżel. Il-ktieb inkiteb minn Cherubini f’mument partikolari meta hu kien qed jinnegozja kuntratt ġdid ma’ Juventus u peress li kellu jgħaddi minn taħt idejn Paratici, il-ktieb tiegħu kellu jservi sabiex il-partijiet jippruvaw isolvu xi divergenzi li hemm bejniethom (diverġenzi fis-sena li kellhom fehmiet differenti fuq it-tmexxija tas-suq tat-trasferimenti).

Il-Qorti sabet anki provi li Juventus kienu jpartu plejers (l-aktar ma’ klabbs barranin) u dawn kienu jiġu mniżżla fl-accounts bħala bejgħ individwali minflok bħala tpartit ta’ plejers bejn il-klabb għall-istess valur. Każ emblematiku hu dak ta’ Aké u Tongya li Juventus u O. Marseille partu bejniethom. Instab evidenza li l-invocie mibgħuta minn O. Marseille lil Juventus ġiet irranġata bil-biro minn uffiċjali ta’ Juventus u mibgħuta lura lill-klabb Franċiż ħalli d-dokument ikun mibdul ma jidhirx li kien hemm tpartit ta’ plejers. Barra minn hekk hemm dokumentazzjoni nieqsa dwar it-trasferimenti ta’ Pjanic u Arthur.

Nirrepetu li l-Qorti sabu lil Juventus ħatja mhux għax plejer inbigħ bi prezz minflok b’ieħor, iżda għall-imġiba skorretta, sistematika u li damet għaddejja għal ċertu żmien. Din l-imġiba hi ksur tal-Art 4 tal-Kodiċi tal-Ġustizzja Sportiva, sub-artiklu 1 li jitkellem dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ lealtà sportiva. Hawn il-Qorti rrimarkat li minħabba n-natura stess tagħha hu diffiċli li tingħata definizzjoni sħiħa ta’ x’inhi lealtà sportiva u għaldaqstant hu kompitu tal-Qorti li tistabbilixxi jekk komportament marx kontra l-lealtà sportiva. Barra minn hekk il-Collegio di Garanzia dello Sport kien stabbilixxa wkoll li “ma jistax jitqies permissibbli kull tip ta’ komportament li mhuwiex ipprojbit mill-qafas normattiv”. Sar riferiment anki għal diskursata rrekordjati bejn Bertola u Cherubini (15 ta’ Lulju 2021) li fiha jgħidu li jekk l-investigaturi se jfittxu provi ta’ “dolo” (jiġifieri ksur intenzjonali ta’ regola) mhuma se jsibu xejn. Għall-Qorti tal-Appell dan l-arġument ma jreġix għal lil hinn minn dak li hu stabbilit mir-regolament, kull klabb u kull uffiċċjali għadu l-obbligu li jimxi b’mod korrett u ma jiksirx il-prinċipji ta’ lealtà sportiva.

Fuq il-bażi tal-azzjonijiet mittieħda mill-Consob, il-Qorti tal-Appell waslet għall-konklużjoni li l-accounts ta’ Juventus mhumiex attendibbli u dan a dannu tal-investituri. Mhumiex attendibbli fost l-oħrajn minħabba did-sistema ta’ plusvalenze li kinitx qed tagħti b’mod veritier stampa ċara l-qagħda finanzjarja ta’ Juventus. U dan kien qed isir b’mod intenzjonali u sistematiku. Il-Qorti ħasset li l-kompitu tagħha ma kienx li jiġu kkalkulati dawn il-plusvalenze fittizji, imma li tistabbilixxi li l-operat ta’ Juventus komplessivament ma kienx korrett.

Il-Qorti għaldaqstant sabiex biżżejjed provi biex tikkundanna lil Juventus u lill-uffiċċjali tagħha. Fis-sentenza ssemmew diversi kunsiderazzjonijiet ġenerali li wasslu sabiex il-Qorti tikkundannahom għal piena aktar ħarxa milli mitlub mill-Procuratore Federale.

Il-klabbs l-oħra ġew meħlusa mill-akkużi għax ma nstabx numru sinifikattiv ta’ każijiet li jista’ jwassal biex wieħed jaħseb li anki huma kienu sistematikament jirrikorru għal dis-sistema biex b’mod skorrett jgħattu l-kriżi finanzjarja tagħhom. Skont il-Qorti tal-Appell dawn ma jistgħu jiġu kkundannati sempliċiment għax kellhom kuntatt episodiku ma’ Juventus. Barra minn hekk ġie rrimarkat li l-fatt li klabb jagħmel plusvalenza, ma jfissirx awtomatikament li l-klabb l-ieħor ukoll għamel plusvalenza.

Matthew Scerri

Ikkonfermata l-entità tal-injury ta’ Milik

L-istaff mediku ta’ Juventus stabilixxa l-entità tal-injury ta’ Arek Milik. L-injury muskolari f’koxxtu x-xellugija hu ta’ entità medja. Hu se jibqa’ mistrieħ għal ġimagħtejn u wara se jsirulu testijiet oħra sabiex ikun stabbilit aħjar kmm se jdum barra. Skont rapport mhux uffiċjali, hemm riskju li Milik idum barra għal madwar xahar-xahar u nofs.

Matthew Scerri

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Monza

TRIQ TA’ AGUNIJA

Dak li tant bzajt li ser jigri gara kollu f’din il-partita, apparti li sistema f’din is-sena u nofs ma’ kellna u la qatt rajna aggressivita fil-loghob wisq aktar ghatx ghal rebh u players li jhobbu l-flok u l-club ftit li xejn.

Din il-partita wriet li hafna mil-players hadu daqqa morali kbira filwaqt li hafna minnom qatt ma’ wrew li jaghmlu differenza anzi hlief biex jimmudellaw fuq is-social media mhux tajbin, il-problema harget aktar fic-car.

Konfuzjoni tattika shiha, players jahbtu ma’ xulxin, hadd ma’ jaf x’ser jaqbad jaghmel, u hadd ma’ jrid il-ballun f’saqajh. Armejna l-ewwel taqsima letteralment bil-Monza tahsibom Real Madrid jiddominawna minn kull parti tal-pitch u lezzjoni tattika kbira.

Rajna is-soltu problemi u s-soltu fragilita izda wisq aktar lil certa players lanqas biss kellom aptit jilghabu in primis le prime donne Paredes u di Maria, b’ta l-ewwel ma’ jaghtix pass wiehed tajjeb u flok ikun playmaker tat-tim tahsbu player dilettant. Di Maria apparti bhas soltu mitfugh mal-linja kwazi jiddefendi letteralment jippassiga minghajr motivazzjoni ta’ xejn barra li qallana it-tieni gowl minn zball banali tieghu.

Nigu ghall-ghazliet li ghamel Allegri bil-formazzjoni tal bidu. Inkredibbli m’ghandix kliem aktar jew jien ma nafx nara l-futbol jew dan skadut ta’ vera, mentalment konfuz bhat-tim bhalissa. Mela Pogba u Vlahovic ghadom biss jifilhu nofs siegha skond hu fil-press conference izda De Sciglio li tant ihobb, dak jiflah 90 minuta u rajnih x’figura qata kulhadd ghaddej minn fuqu! L-istess in-naha l’ohra bl-ghazla tad-difiza bi 3. Kostic full back l-istess storja ta’ De Sciglio spicca qisu pupu jigri u jfittex il-players tal-Monza u l-ewwel gowl nesa il-player warajh fejn baqa diehel rih qisu hemm il -fatati!

Naturalment bhas soltu meta l-froga kienet lesta, Allegri biddel is-sistema b’erba difensuri u beda jdahhal players li missom kienu hemm mill-bidu. L-aktar wiehed li qala capcip kien Moise Kean l-istopper tal-Monza awww skuzawni suppost kien l-attakant taghna izda kien difensur aggunt tal-Monza! Emmnuni sewwa jghidu fid-dinja x-xorti kollox, nistaqsi kif Moise Kean jista jissejjah player!

Nerga ntenni li dawn il-problemi ilom ghaliex hemm hafna fatturi ta’ decizjonijiet hziena fosthom tim mibni hazin. Issa hadna daqqa morali grazzi ghal nies irresponsabli li kellna fit-tmexxija u dawk li suppost kienu top managers!

Nixtieq nghid ukoll li diga ergajt bdejt nara min qed jitlob ghat-tkeccija ta’ Allegri! Jien daqs kulhadd nixtiequ jitlaq illum qabel ghada imma f’gieh kemm hemm jekk ghandkom melh go mohhkom, tahsbu li l-finanzi jippermettu li nahlu 40 miljun f’kowc mkecci? U lil min iggibu bhalissa? Lil oranzo kana??! U x’ha jaghmel? Mirakli ta’ fatima?! Jekk issa zdiedu l-problemi morali ukoll!

Kunu ftit realistici u ma’ nghidux cucati! L-imgieba tal-players diga bdiet turi li bdew it-triq tal-harba ha nitilqu l’hemm ghax minghajr ewropa u f’dan l-ambjent kwazi kulhadd ser idabbar rasu voldiri inutli nitolbu ghat-tkeccija ta’ cikku u peppu.

#FORZAJUVEDEJJEM