It-trasferimenti uffiċjali ta’ Juventus s’issa

Plejers li ngħaqdu ma’ Juventus

IsemDettalji
Arkadiusz MilikJuventus xtrawh għal kollox mingħand O.Marseille għas-somma ta’ 6.3 miljun Ewro, liema somma se titħallas fi tliet rati. Hemm anki bonus ta’ 1.1 miljun Ewro favur O. Marseille. Milik iffirma kuntratt ma’ Juventus sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Cambiaso, Pellegrini, Arthur, McKennie, Rovella, Zakaria, Aké u Pjaca ġew lura ma’ Juventus wara li ntemm il-perjodu ta’ self ma’ klabb ieħor.

Plejers mibjugħa

IsemDettalji
Angel Di MariaIntemmlu l-kuntratt.
Dejan KulusevskiTottenham għażlu li jixtru għal kollox lil Kulusevski u se jħallsu għalih 30 miljun Ewro. Il-pagamenti se jinqasmu f’sitt rati.
Leandro ParedesIntemm il-perjodu ta’ self u Juventus għażlu li ma jixtruhx għal kollox.

Nota: Qed jinġieb hawn kull tip ta’ ftehim ġdid li Juventus laħqu ma’ klabbs oħra wara l-15 ta’ Ġunju 2023. Mhux qed inniżżlu ftehim li sar ma’ klabbs oħra li nstab fis-snin li għaddew u li daħal fis-seħħ das-sajf.

ZMIEN IMPORTANTI

Dan huwa zmien u perjodu mportanti ghal Juventus fejn sfortunatament flok komplejna nissahhu u nibnu l-futur fuq 9 snin successi wiehed wara l-iehor prattikament ser ikollna nibdew mill-gdid wara snin ta’ decizjonijiet zbaljati u diskutibbli wara li ergajna spiccajna fi problemi kbar mal-gustizzja sportiva.

Naturalment dan huwa zmien l-ghidut, hafna ismijiet u wisq aktar hafna holm, jiena nghid li hadd minna ma’ ghandu jippretendi xi ismijiet ta’ stilel ghaliex zgur il-qaghda finanzjarja ma’ tippermettix dan u wisq aktar li ninsabu barra mill-ewropa li hija mod kif ggib il-flus u jien nghid lanqas fl-ewropa tal-fqar m’ahna ser nippartecipaw u filfatt il-media diga qeghda thabbar ftehim jew patt mal-uefa biex nirrinunzjaw ghal conference league.

Izda nigi ghal movimenti li qeghdin naraw sa issa ghalkemm xejn ma’ huwa mhabbar ufficjalment. Kif kien mistenni u missna ilna li konna bdejna din it-triq, is-socjeta qed tiffoka hafna fuq players zghazagh fl-eta, demm gdid u aktar velocita fil-pitch. Jidher li Timothy Weah it-tifel tal-player leggendarju George Weah ser ikun l-ewwel akkwist ghal din is-sena. Onestament ftit segwejtu izda jidher player li kapaci jkopri bosta rwoli u ghandu velocita pjuttost tajba xi haga li ghandna bzonn mhux ftit. Kif stennejt qed jissemmew bosta players li jilghabu mal-linji li kif kulhadd jaf neqsin hafna minn players li kapaci jkunu jkopru l-linji, kollha tajbin fi dribbling u crosses u qed jissemmew Parisi, player li kellu stagun tajjeb hafna ma’ Empoli u Castagne ex Atalanta llum ma’ Leicester li gew relegati din is-sena. Wiehed jghid dawn m’humiex players ta’ certu fama izda bhalissa mhux il-fama u l-mudelli ghandna bzonn izda atleti tajbin lesti li jaghtu kollox ghatxana ghar-rebh u fuq kollox atleti li jaghmlu tim u skwadra ta’ vera.

Minn naha socjetarja jidher bic-car fl-opinjoni tieghi diga hemm il-mohh u idejn Giuntoli fil-movimenti ta’ Manna u Calvo u ghal dawn it-tip ta’ players li qeghdin jissemew. Il-media qeghda tbassar li sa l-ahhar ta’ gunju Giuntoli jinhall mil-kuntratt tieghu ma’ napoli u jithabbar ufficjalment, nispera! Ghaliex il-president de laurentis m’huwiex persuna facli u wisq aktar hemm il-Juventus imdahhlin zgur mhux ha jkun daqshekk disponibbli!

Dan l-ahhar granet ergajna rajna lil Alex del Piero gewwa Torin u gewwa l-istadium, zgur li ma’ marx sempliciment ghal zjara fl-opinjoni tieghi! Raguni hemm zgur, x’inhi din ir-raguni ma nafiex zgur! Li nittama hija raguni wahda, dik li intom zgur bhali tixtiequ dik li naraw lil capitano lura fis-socjeta u din id-darba bhala wiehed mid-dirigenti ghaliex hekk jixraqlu! Il-Juventus hekk jixirqila! Ahna s-sapporters hekk jixirqilna! Nies ta’ vera bhal del Piero, Juventin sa l-inqas qatra demm minn fuq s’isfel, nies li bil-personalita taghhom biss iggib ir-rispett ta’ kulhadd, xi haga li dawn l-ahhar snin tlifna ghal kollox!! Ir-rispett! Nistennew, nittamaw u naraw u bhal dejjem;

FORZA JUVE SA L-AHHAR NIFS

Carnevali jispjega kif jinsabu l-affarijiet għal Frattesi

Ic-CEO ta’ Sassuolo, Carnevali, stqarr li hu kellu kuntatt ma’ Roma, Inter u Juventus dwar Frattesi. Skontu, Milan ma avviċinawx lil Sassuolo għal Frattesi minkejja li fuq il-gazzetti qed jinkiteb mod ieħor. Carnevali żied li Frattesi ma esprima ebda preferenza għal xi klabb partikulari. Qalilhom biss li jrid jibqa’ l-Italja. Ta’ min jgħid li Roma għandhom id-dritt li jdaħħlu 30% tas-somma tal-bejgħ ta’ Frattesi. Carnevali temm jgħid li Sassuolo m’għandhomx il-ħtieġa li jbigħu lil ħadd.

Matthew Scerri

Weah se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi l-ġimgħa d-dieħla

Il-ġimgħa d-dieħla, probabbli l-Ħamis, Timothy Weah se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi biex wara jiffirma kuntratt ma’ Juventus. Il-winger ta’ Lille se jingħaqad ma’ Juventus li se jħallsu għalih 10 miljun Ewro flimkien ma’ żewġ miljuni f’bonuses. Fil-pjanijiet ta’ Juventus, Weah se jkun l-eredi ta’ Juan Cuadrado.

Il-filmat t’hawn taħt jgħinna nibdew insiru nafuh:

Matthew Scerri

Uffiċjali: Paredes jitlaq lil Juventus

Wara Di Maria, Champion ieħor tad-dinja se jitlaq lil Juventus. Tħabbar, fil-fatt, b’mod uffiċjali li Juventus għażlu li ma jixtrux għal kollox lil Leandro Paredes. Hu għaldaqstant se jirritorna ma’ PSG.

Matthew Scerri

Futur inċert għal Chiesa ma’ Juventus

Irridu nippreparaw ruħna għal sajf mimli spekulazzjonijiet li jikkonċernaw il-futur ta’ Federico Chiesa. S’issa diġa’ smajna u qrajna ħafna dwaru. Bħas-soltu rridu noqogħdu attenti għax mhux kulma jinkiteb hu bilfors veru.

L-uniċi żewġ fatti vera huma: (1) Chiesa għandu kuntratt li jorbtu ma’ Juventus sal-2025; u (2) hemm diversi timijiet interessati fih. Għandna nifhmu li Juventus se jagħmlu minn kollox biex iżommuh anki billi joffrulu kuntratt ġdid. Hu ovvju li Juventus mhux se joffrulu paga fenomenali minħabba l-policy li jżommu l-pagi baxxi. Jekk verament Chiesa qed jitlob paga ta’ 8 miljuni, naħsbu li se jkun diffiċli għal Juventus li jikkuntentawh (sakemm fit-8 miljuni ma jkunux inklużi l-bonuses kollha u allura l-ħaġa tiġi fattibbli). Il-fatt li l-kuntratt attwali ta’ Chiesa jintemm fl-2025, hu evidenti li jekk das-sajf Juventus ma jilħqux ftehim mal-attakkant Taljan għat-tiġdid tal-kuntratt, probabbilment ma jkollhomx triq oħra ħlief li jbigħuh bil-għan li jevitaw li jitilfuh b’somma baxxa ħafna s-sena d-dieħla jew b’xejn is-sena ta’ wara.

L-interess minn klabbs oħra hu reali. Ma jistax ikun altrimenti. X’qed joffru verament, hu diffiċli li nkunu nafu. Il-klabbs tal-Premier League jidhru li huma l-iktar interessati u lesti joffru somma kbira (madwar 60 miljun) għalih. Bħal dejjem ir-rieda tal-plejer se tkun deċiżiva. Jekk hu għadu jemmen fil-proġett Juventin, konvinti li se jibqa’. Mill-banda l-oħra jekk dak li qed joffrulu Juventus (u mhux qed nitkellmu biss dwar flus) mhuwiex biżżejjed għalih, allura rridu nirrassenjaw ruħna li nitilfuh.

Matthew Scerri

Juventus barra mill-Conference League?

Juventus lesti jaċċettaw li ma jiħdux sehem fil-Conference League fl-istaġun li jmiss. L-aħbar qed tingħata minn Tuttosport, li qed tirraporta kif grupp ta’ avukati u diriġenti Juventini jinsabu f’negozjati mal-Uefa biex tingħalaq il-kwistjoni tal-inkjesta dwar allegat ksur tat-termini tas-settlement agreement tal-2022. Kif nafu Juventus kienu aċċettaw is-settlement agreement propost lilhom mill-Uefa minħabba ksur tal-prinċipji tal-Fair Play Finanzjarju bejn l-2018 u l-2022. Is-settlement agreement għandu l-għan li Juventus jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom. Ftit tax-xhur ilu, malli ntemmet l-inkjesta ‘Prisma’ tal-Procura ta’ Turin, l-Uefa bdiet tindaga jekk l-accounts ippreżentati minn Juventus (li fuqhom ġie kkalkulat is-settlement agreement) kinux korretti. Kif wieħed jista’ jifhem, jekk jinstabu provi li l-accounts ta’ Juventus ma kinux veritjiera, is-settlement agreement jaqa’ (għax ikkalkulat fuq il-bażi tal-accounts żbaljati) u l-Uefa tista’ tieħu passi dixxiplinari fil-konfront tal-klabb.

Issa kif għidna Juventus qed jippruvaw jagħlqu l-kwistjoni mal-Uefa u jirriżulta li lesti li jibqgħu barra mill-kompetizzjonijiet Ewropej fl-2023/24. Jekk dan verament ikun il-każ, allura jkun ifisser li verament Juventus iridu jagħlqu tassew darba għal dejjem f’dan l-istaġun il-kwistjonijiet kollha li kellhom u li għandhom pendenti mal-Uefa u l-Figc. Il-patteġġament għalaq il-kwistjonijiet mal-Figc. Juventus jonqoshom issa jirranġaw l-affarijiet mal-Uefa u s-sena barra mill-kompetizzjonijiet Ewropej tidher li hi s-soluzzjoni.

Intant tajjeb ngħidu li lbieraħ il-logo ta’ Juventus tħalla barra mill-paġna tal-website tal-Uefa li fiha kien hemm imniżżla l-ismijiet tal-klabbs kollha li se jieħdu sehem fil-Conference League 2023/24. Mill-ewwel qamet polemika kbira fuq is-social media u wara ftit l-Uefa kkoreġiet l-iżball u spjegat li l-logo Juventin tħalla barra bi żvista. Issa rridu naraw x’se jiġri verament. Id-diriġenza attwali waslet verament biex ittemm xogħolha li taqla’ lit-tim mit-tempesta li daħal fiha.

Matthew Scerri