Uffiċjali: Juventus maqlugħa ‘l barra mill-Conference League

L-Uefa ħabbret li Juventus ġew esklużi għal sena waħda mill-kompetizzjonijiet Ewropej u weħlu multa ta’ 20 miljun Ewro minħabba li kisru t-termini tas-settlement agreement iffirmat f’Awissu tal-2022. Juventus, għaldaqstant, mhux se jitħallew jikkompetu fil-Conference League dis-sena. 10 miljuni mill-multa mogħtija jkunu jridu jitħallsu biss jekk fit-tliet snin li ġejjin Juventus ma jkunux konformi mar-regolamenti tal-Uefa.

Matthew Scerri

L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Milan

Uffiċjali: Arthur misluf lil Fiorentina

Juventus ħabbru li Arthur iffirma kuntratt ġdid magħhom sal-2026. Hu ġie misluf lil Fiorentina għal sena, liema self se jkun imħallas 2 miljuni flimkien ma’ massimu ta’ 2 miljun Ewro oħra f’bonuses. Is-sena d-dieħla Fiorentina se jkunu jistgħu jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 20 miljun.

Matthew Scerri

Tħassret Juventus-Barcellona

Dal-lejl Juventus kellhom jilagħbu l-ewwel partita ta’ ħbiberija għal dan l-istaġun. Madankollu Juventus – Barcellona tħassret minħabba li diversi plejers tal-klabb Spanjol intlaqtu minn virus tal-istonku.

Matthew Scerri