Ufficjali: Ranocchia misluf lil Empoli
Tħabbar b’mod uffiċjali li Juventus silfu lil Filippo Ranocchia lil Empoli għal perjodu ta’ sena. Empoli se jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla, b’Juventus ikollhom ukoll id-dritt tar-recompra fuqu wkoll.
Matthew Scerri
Għad trid tittieħed id-deċiżjoni dwar Pogba u Fagioli
Dil-ġimgħa Juventus se jkunu qed jivvjaġġaw lejn l-Amerka fejn se jilagħbu xi partiti ta’ ħbiberija. Minn dak li nafu s’issa jidher li għada trid tieħu d-deċiżjoni dwar jekk Pogba u Fagioli humiex se jmorru l-Amerka. It-tnejn li huma fiequ kompletament mill-injuries tagħhom biss jinsabu f’fażi delikata tat-taħriġ tagħhom. Pogba pereżempju qed juża l-istrutturi tal-JMedical bħala parti mill-programm personalizzat sabiex ikunu tajjeb għal-logħob. Hemm qed ikollu eżerċizzji fuq ir-ramel bil-għan li jikseb iktar stabbilita’ u saħħa muskolari. Fagioli wkoll jeħtieġ joqgħod attent wara li kiser il-collarbone. Hemm indikazzjonijiet li jumejn qabel it-tim kollu jmur l-Amerka se tittieħed id-deċiżjoni definittiva dwar Pogba u Fagioli għandhomx imorru jew inkella jibqgħu l-Italja. M’hemmx xi ngħidu: aħjar nistennew him ftit issa biex ikunu jistgħu jilaghbu dejjem fil-kampjonat. Sogru żejjed issa jaf iwassal għal waqfiet oħra meta jibda l-futbol li jgħodd.
Matthew Scerri
Diversi plejers esklużi mit-tim Juventin
Qed jingħataw iktar dettalji dwar xi deċiżjonijiet li ttieħdu waqt laqgħa bejn Giuntoli, Manna u Allegri. Apparti Bonucci u McKennie, jidher li anki Arthur, Zakaria, Pellegrini u Pjaca huma wkoll esklużi mit-tim Juventin u mhux se jitħallew imorru l-Amerka. Kollha kemm huma ma jiffirmawx iktar mill-pjanijiet ta’ Allegri u allura se jiġu esklużi mit-tim bit-tama li jiġu sfurzati bil-pulit isibu tim ieħor.
Matthew Scerri
Il-Cassazione lesta tagħti raġun lil Juventus
Il-Procuratore Generale tal-Qorti tal-Cassazione, Luigi Cuomo ta parir favur it-talba mressqa mill-avukati ta’ Juventus u l-eks uffiċċjali tagħha li riedu li l-kawża fil-qorti ċivili tinżamm f’Milan u mhux f’Turin. Din hi l-kawża marbuta mal-inkjesta Prisma. Il-Qorti tal-Cassazione se taqta’ l-verdett definittiv fis-6 ta’ Settembru biss klox jindika li la l-Procuratore ta dal-parir, il-Qorti se tilqgħu. Il-Procuratore qed jaqbel li la Juventus huna kkwotati fil-Borża ta’ Milan, allura l-kawża għandha tinstema’ fil-belt ta’ Milan u mhux f’Turin. La darba l-kawża timxi għal Milan, tkun tista’ titkompla l-kumpilazzjoni tal-każ u fi tmiem il-fażi preliminari l-Imħallef irid jistabbilixxi jekk hemmx biżżejjed provi biex il-kawża effettivament tibda tinstema’ jew inkellha għandhiex tiġi arkivjata.
Matthew Scerri






